#DiscoverEU #Competition - ritratti u videos - Regoli, Termini u Kundizzjonijiet
Ħu sehem fil-Kompetizzjoni DiscoverEU u ċċansja li tirbaħ premjijiet sbieħ.
Kif taħdem?
Il-kompetizzjoni se ssir mill-15 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru 2022, b’tema differenti kull xahar.
Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni, segwi dawn il-passi:
- Ixxerja r-ritratt jew il-video qasir tiegħek (massimu ta’ 15-il sekonda) fil-kont ta’ Instagram pubbliku tiegħek.
- Żid il-hashtags #DiscoverEU u #Competition fil-post tiegħek.
- Itteggja l-kont tal-Instagram European Youth @ european_youth_ue fuq ir-ritratt jew fuq il-post tal-media soċjali.
- Imla l-formola ta’ kunsens fuq: https://youth.europa.eu/discovereu/competition/consent
- Staqsi lil sħabek biex jagħmlulek “like” fuq ir-ritratt/il-video tiegħek.
Ir-ritratti u l-videos tiegħek se jiġu moderati qabel ma jintwerew fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Dan jista’ jieħu sa 24 siegħa matul il-ġimgħa, u dak li jidħol matul il-weekend se jiġi moderat kull nhar ta’ Tnejn.
Jekk il-videos u r-ritratti tiegħek jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq, tista’ tkun wieħed mir-rebbieħa ta’ kull xahar ta’ #DiscoverEU!
Kif se jintgħażlu r-rebbieħa?
Il-kompetizzjoni hi miftuħa biss għaż-żgħażagħ li applikaw għal waħda mir-rounds ta’ applikazzjonijiet #DiscoverEU fl-2018, fl-2019, fl-2021 u fl-2022 (parteċipanti magħżulin u mhux magħżulin).
Kull xahar, l-aktar 20 entrata popolari bl-ogħla numru ta’ likes se jimxu għar-round li jmiss. Wara dan, ġurija professjonali ta’ esperti tal-media soċjali se tagħżel sa 5 ritratti/videos rebbieħa. Dawk l-aktar viżwalment oriġinali u kreattivi se jkunu r-rebbieħa.
Se jintgħażlu sa 5 rebbieħa ffortunati fix-xahar.
Ir-rebbieħa ta’ kull xahar se jiġu kkuntattjati mill-ICF Next li qed jimmaniġġjaw il-premjijiet għal din il-kompetizzjoni f’isem il-Kummissjoni Ewropea. Il-parteċipanti għandhom joqogħdu attenti għall-messaġġi li jaslulhom u jaraw li jirrispondu fi żmien 7 ijiem ta’ xogħol għall-messaġġ li jintbagħat mill-ICF Next. Jekk ma tasal ebda tweġiba, jintgħażel parteċipant ieħor bħala rebbieħ. Fl-aħħar nett, ir-rebbieħa se jitħabbru pubblikament b’isimhom fuq din/dawn il-pjattaforma(i) tal-media soċjali: Facebook, Twitter u Instagram.
X’inhuma l-premjijiet?
Kull rebbieħ se jirċievi premju li jiswa €100!
Ir-rebbieħa se jitħabbru fuq il-kontijiet ta’ Twitter, Facebook u Instagram ta’ European Youth.
Tajjeb li tkun taf...
Kun oriġinali. Trid tkun l-awtur u s-sid uniku tad-drittijiet tal-awtur tar-ritratt/tal-video li tkun issottomettejt.
Staqsi għall-permess. Tiħux ritratti ta’ individwi mingħajr il-kunsens tagħhom. Ebda tifel jew tifla ma jistgħu jingħarfu fir-ritratt.
Teditjax iżżejjed. Huma aċċettabbli cropping, korrezzjoni tal-kulur u rtukkjar bażiċi. L-effetti speċjali, l-immaġnijiet iġġenerati mill-kompjuter u modifiki estensivi oħrajn għandhom jiġu evitati.
Ħu ħsieb tiegħek innifsek. Tpoġġix lilek innifsek jew lil ħaddieħor fil-periklu meta tieħu r-ritratt jew il-video tiegħek.
M’hemm ebda limitu fuq in-numru ta’ ritratti/videos li tista’ tissottometti. Iżda kun af li tista’ tirbaħ biss premju wieħed fil-kompetizzjoni DiscoverEU.
Jekk tixtieq, dejjem tista’ tħassar il-post tiegħek. Jekk tħassru, il-post tiegħek se jitneħħa mill-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Tista’ wkoll titlob li l-post tiegħek jitneħħa permezz tal-portal.
Għandna d-dritt niskwalifikaw kwalunkwe ritratt/video jekk ikollna raġuni biex nemmnu li ma segwejtx ir-regoli tal-kompetizzjoni.
Meta tipparteċipa fil-Kompetizzjoni DiscoverEU, int tkun qiegħed ukoll tagħti l-kunsens lill-Kummissjoni Ewropea, li tuża r-ritratti/il-videos tiegħek għall-finijiet pubbliċitarji u ta’ komunikazzjoni tagħha.
Din il-promozzjoni b’ebda mod mhi sponsorjata, approvata jew amministrata minn Instagram jew assoċjata miegħu. Min jipparteċipa jillibera lil Instagram minn kwalunkwe tip ta’ responsabbiltà fir-rigward ta’ din il-kompetizzjoni.
L-organizzatur jirriżerva d-dritt li jbiddel jew jissostitwixxi l-premjijiet tal-kompetizzjoni u/jew jimmodifika r-regoli u r-regolamenti tal-kompetizzjoni kif u meta meħtieġ, mingħajr avviż minn qabel.
Meta jissottometti immaġni għall-kompetizzjoni, il-parteċipant irid jimla formola u jagħżel b’mod attiv biex ikun eliġibbli.
Verżjoni aktar iddettaljata tat-Termini u l-Kundizzjonijiet tinsab hawnhekk. Għal aktar informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek, jekk jogħġbok aqra l-Istqarrija ta’ Privatezza.