Skip to main content

DiscoverEU

Jekk għandek 18-il sena u resident f’pajjiż tal-Programm Erasmus+, wasal iż-żmien li tespandi ż-żona li fiha tħossok komdu.

#Competition tar-ritratti u l-videos ta’ #DiscoverEU

Xi jfisser għalik il-wirt kulturali?

Matul din l-edizzjoni tal-Kompetizzjoni tar-Ritratti u tal-Videos ta’ DiscoverEU, qed nisfidawk biex taqsam ftit mill-wirt kulturali li ltqajt miegħu meta kont qed tesplora l-Ewropa – iżda agħżel int kif tinterpretah! Forsi tħobb il-films, il-moda, jew l-ikel. Għall-ispirazzjoni, iċċekkja r-rotot kulturali ta’ DiscoverEU. Ixxerja ritratt jew video tal-wirt kulturali Ewropew, u tista’ tirbaħ premju li jiswa sa €100!

Il-kompetizzjoni se tibqa’ għaddejja bit-tema tal-wirt kulturali (#EuropeanCulturalHeritage) sal-15 ta’ Ottubru! 

Ir-regoli:

  1. Ixxerja r-ritratt jew il-video qasir tiegħek (mhux aktar minn 15-il sekonda) fuq il-kont tal-Instagram pubbliku tiegħek
  2. Żid il-hashtags #DiscoverEU u #Competition mal-post tiegħek.
  3. Ittegja l-kont tal-Instagram European Youth @european_youth_eu fuq ir-ritratt jew fuq il-post tal-media soċjali
  4. Imla l-formola ta’ kunsens fuq: https://youth.europa.eu/discovereu/competition/consent 
  5. Staqsi lil sħabek biex jagħmlulek “like” fuq ir-ritratt/il-video tiegħek.

Il-kompetizzjoni hi miftuħa biss għaż-żgħażagħ li applikaw għal wieħed mir-rounds ta’ applikazzjonijiet ta’ #DiscoverEU fl-2018, l-2019, l-2-21 u l-2022 (parteċipanti magħżula u mhux magħżula

Ir-rebbieħa se jirċievu premju li jiswa €100.

Aqra t-Termini u l-Kundizzjonijiet kollha

Uri l-kontenut estern

This content is hosted by a third party. By showing the external content you accept the terms and conditions of instagram.com.