Skip to main content
©GaudiLab

Qed tfittex pjattaforma tal-aħbarijiet għaż-żgħażagħ Ewropej u magħmul minnhom? Ieqaf fittex u kompli aqra

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tlieta, 07/11/2023

Jekk qed tfittex informazzjoni interessanti dwar suġġetti transfruntiera fuq il-media soċjali, żgur għandek tiċċekkja Sphera & ENTR. Dawn il-proġetti jlaqqgħu ġurnalisti żgħażagħ indipendenti mill-Ewropa kollha biex iżommuk aġġornat u jgħinuk tħares minn perspettivi differenti.

L-UE tagħti appoġġ biex tgħin ġurnalisti żgħażagħ indipendenti jaħdmu flimkien għaliex temmen f’żagħżugħ infurmat tajjeb li jieħu sehem attiv fid-dibattitu pubbliku. Għax INT il-futur tal-UE! 

 

X’se tfisser għalik? 

Jitkellmu l-lingwa tiegħek: S’issa dawn in-networks ikopru l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Pollakk, l-Ispanjol, it-Taljan, il-Portugiż u r-Rumen. 

Huma żgħażagħ: L-ebda dinosawru fil-kamra tal-aħbarijiet! 

Huma jispjegaw suġġetti importanti: mill-klima għall-migrazzjoni, il-ġeneru, il-kultura, il-mobbiltà, il-futur tax-xogħol, il-kwistjonijiet soċjali u ħafna aktar... 

Dawn huma aċċessibbli: permezz tal-Instagram, it-Twitter, il-Facebook, it-TikTok, il-Youtube u avvenimenti live! 

Huma jaħdmu b’indipendenza editorjali sħiħa.

 

Agħti daqqa t’għajn lejn il-kanali tal-media soċjali tagħhom! Sphera - ENTR

U taħdem għal organizzazzjoni tal-media taż-żgħażagħ? Din il-ħarifa se jkun hemm aktar appoġġ, żomm ruħek aġġornat permezz ta’ @mediaEU fuq Twitter.