Skip to main content

Aqsam l-ideat tiegħek għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ!

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tnejn, 15/11/2021

Kull sena, l-Unjoni Ewropea tagħmel enfasi fuq kwistjoni importanti waħda. Min jaf kieku l-2022 tkun kollha dwarek?

Iva, fhimt tajjeb. L-2022 se tkun is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ! Iżda ma tistax tkun is-sena tiegħek mingħajr l-ideat tiegħek. X’tixtieq li l-UE tagħmel għalik? Kif għandha tinbidel ħajtek minħabba din is-sena?
 
Din hija l-opportunità tiegħek biex tgħinna nsawru s-sena u l-futur tal-Ewropa flimkien. Aqsam il-proposti tiegħek (bla limitu!) magħna permezz ta' din is-sejħa għall-ideat

Tista’ wkoll taqsam l-ideat tiegħek billi tibgħat email direttament lil EYY2022@ec.europa.eu

Titlifx din l-opportunità biex issemma’ leħnek!

L-iskadenza ġiet estiża b’mod eċċezzjonali bi 3 ijiem! Ħu l-opportunità biex issemma’ leħnek! - SKADENZA ĠDIDA: 20 ta’ Novembru 2021!