Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Young person icon
Jien persuna żagħżugħa

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem, kif tirreġistra, u kif taċċessa l-kont personali tiegħek


Organisation icon
Jien minn organizzazzjoni

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem u kif taċċessa l-Portal tal-Organizzazzjoni


Coronavirus: Il-konsegwenzi għall-attivitajiet ta’ mobbiltà tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

• Il-Kummissjoni tirrispetta bis-sħiħ il-miżuri ta’ trażżin li bħalissa qed jittieħdu fil-livell nazzjonali. U l-Kummissjoni tifhem li dawk il-miżuri jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-parteċipazzjoni ta’ studenti, voluntiera u persuni oħra fl-attivitajiet ta’ mobbiltà tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. 
• Is-sitwazzjoni attwali tfisser li ċerti parteċipanti jew ma jistgħux jivvjaġġaw mill-bażi ta’ residenza tagħhom, jew ma jistgħux jirritornaw hemmhekk mill-post ospitanti tagħhom. Din l-inċertezza qed twassal ukoll biex xi ġenituri ma jħallux lit-tfal tagħhom jivvjaġġaw.
• Biex nirrispondu għal dawn l-inċertezzi, qed napplikaw il-flessibbiltà massima li nistgħu fl-implimentazzjoni tal-programm, fil-limiti tal-qafas legali applikabbli. 
• Aħna ppubblikajna gwida lill-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ li jistgħu jinvokaw il-klawżoli ta’ “force majeure”. Dan se jippermettilhom jivvalutaw il-possibbiltà li jaċċettaw spejjeż addizzjonali sa ammont massimu tal-għotja. Jista’ wkoll jippermettilhom li jipposponu l-attivitajiet ippjanati sa 12-il xahar għal kull proġett. L-Awtoritajiet Nazzjonali huma wkoll infurmati.
• Qed nimmonitorjaw din is-sitwazzjoni mill-qrib ħafna u se nadottaw kwalunkwe miżura addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa.

L-aħħar opportunitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Aqra l-aktar aħbarijiet reċenti