Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Traineeships u impjiegi

Dawn huma opportunitajiet għalik biex taħdem jew titħarreġ waqt li tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u l-komunitajiet fil-bżonn. Dan kollu waqt li tiżviluppa l-ħiliet u tikseb esperjenza ta’ xogħol. 

/!\ Dawn l-attivitajiet jiffurmaw biss porzjon żgħir tal-opportunitajiet kollha fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, għalhekk jista’ jkun li ma tkunx tista’ tara ħafna offerti ppubblikati. 

Traineeships

  • jistgħu jdumu minn xahrejn sa 6 xhur, u jistgħu jiġġeddu darba biss b’6 xhur oħra
  • full-time u mħallsin mill-organizzazzjoni li tipprovdi t-traineeship
  • jistgħu jkunu barra minn pajjiżek jew f’pajjiżek (filwaqt li t-traineeships iffinanzjati mill-baġit tal-programm ta’ qabel jistgħu jibqgħu għaddejjin din is-sena, jekk jogħġbok innota li fil-programm il-ġdid tal-2021-2027 dawn mhux se jitkomplew) 

/!\ filwaqt li t-traineeships iffinanzjati mill-baġit tal-programm ta’ qabel jistgħu jibqgħu għaddejjin din is-sena, jekk jogħġbok innota li fil-programm il-ġdid tal-2021-2027 dawn mhux se jitkomplew

X’inhu kopert?

  • Int kopert b’assigurazzjoni komplementari
  • Tista’ taċċessa firxa ta’ servizzi ta’ appoġġ bħall-appoġġ lingwistiku u t-taħriġ
  • Spejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tat-traineeship 
  • Se tirċievi allowance żgħira biex tgħinek tiċċaqlaq u tissetilja fil-post il-ġdid
  • Se tirċievi paga mill-organizzazzjoni li tipprovdi t-traineeship
  • Jekk għandek ħtiġijiet speċifiċi (eż. diżabbiltà), dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu koperti wkoll

/!\ Din il-kopertura tista’ tvarja skont il-pajjiż – ara l-FAQs għad-dettalji. 

 

Impjiegi

  • Tul ta’ żmien minimu ta’ 3 xhur
  • L-ebda tul massimu – iżda l-appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjoni huwa limitat għal 12-il xahar
  • Full-time u mħallsin mill-organizzazzjoni li timpjegak
  • Jinkludu komponent ta’ tagħlim u ta’ taħriġ
  • Ibbażati fuq kuntratt ta’ impjieg bil-miktub li jikkonforma bis-sħiħ mal-liġi nazzjonali
  • Jistgħu jkunu barra minn pajjiżek jew f’pajjiżek 

/!\ filwaqt li l-impjiegi ffinanzjati mill-baġit tal-programm ta’ qabel jistgħu jibqgħu għaddejjin din is-sena, jekk jogħġbok innota li fil-programm il-ġdid tal-2021-2027 dawn mhux se jitkomplew

Min jista’ jieħu sehem?

Residenti ta’ bejn 18 u 30 sena minn pajjiż tal-UE jew mir-Renju Unit*.

X’inhu kopert?

  • Int kopert b’assigurazzjoni komplementari
  • Tista’ taċċessa firxa ta’ servizzi ta’ appoġġ bħall-appoġġ lingwistiku u t-taħriġ
  • Spejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-impjieg
  • Se tirċievi allowance żgħira biex tgħinek tiċċaqlaq u tissetilja fil-post il-ġdid
  • Se tirċievi paga mill-organizzazzjoni li timpjegak
  • Jekk għandek ħtiġijiet speċifiċi (eż. diżabilità), dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu koperti wkoll

/!\ Inti tista’ tikseb pariri ġenerali dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek meta taħdem f’pajjiżi differenti tal-UE fuq L-Ewropa Tiegħek.

Kif tirreġistra

Biex tibda tirreġistra: 

L-ewwel darba li tirreġistra, se tintalab toħloq kont (EU Login, is-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea) qabel ma toħloq il-profil tiegħek. 

Ladarba toħloq il-profil tiegħek, ikollok aċċess għad-dashboard personali tiegħek, minn fejn tista’ tapplika għall-opportunitajiet reklamati, taċċessa t-taħriġ ġenerali online, tipparteċipa fil-konkorsi, tara ċ-ċertifikati tiegħek u ħafna aktar. 

/!\ Ir-reġistrazzjoni fil-Korp mhijiex garanzija li se tipparteċipa f’attività.