Skip to main content
Portrait of Ioanna

Futur b’użu u rimi tal-plastik kliniku minimu

Ioanna, Il-Belġju, Age 20

Nittama għal futur li fih ir-riċerka medika teżisti flimkien ma’ dinja ta’ sostenibbiltà

Bħala studenta internazzjonali li tistudja u taħdem fl-industrija farmaċewtika, hemm ħafna elementi li nixtieq nara li jevolvu fis-snin li ġejjin. It-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà qed isiru kwistjoni dejjem aktar prominenti. Fid-dinja tax-xjenza bħall-bijoloġija u l-kimika, l-oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss huma importanti għall-ħolqien ta’ ambjent sterili iżda daqstant ieħor huma problema peress li joħolqu ammonti kbar ta’ skart. Nittama li aktar kumpaniji tal-bijoteknoloġija jinvestu fis-sostenibbiltà u joħolqu bidla pożittiva lejn l-iskart tal-plastik iġġenerat matul il-provi kliniċi u r-riċerka fil-laboratorji.

Sensazzjoni

Prinċipalment inħossni mimlija tama peress li nemmen li nistgħu nixprunaw il-bidla lejn dan il-futur aħjar. Nemmen li ħafna drabi ninsew kemm għandna setgħa bħala individwi u kemm affarijiet nistgħu niksbu meta ningħaqdu flimkien għal għan komuni. Nemmen li bil-gwida u l-appoġġ kif suppost, mhux biss nistgħu niksbu futur fejn ir-riċerka medika teżisti flimkien mas-sostenibbiltà, iżda wkoll il-futur ta’ kull żagħżugħ Ewropew ieħor.

Influwenza

Nemmen li lkoll nistgħu ninfluwenzaw il-futur tagħna stess u nagħmlu parti mill-perspettiva wiesgħa tal-futur. In-nies qed isawru l-futur permezz tal-akkumulazzjoni ta’ kompiti żgħar li tlestew f’daqqa. Ir-rieda li nedukaw lilna nfusna dwar il-kwistjonijiet attwali u l-implimentazzjoni tal-għarfien tagħna billi noħolqu l-opportunitajiet għalina nfusna se jippermettulna li ninfluwenzaw u nsawru l-futur tagħna.
 

Updated on L-Erbgħa, 26/01/2022

dehaze