X’inhi s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ?
Semma’ leħnek! L-2022 hija s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, sena li titfa’ dawl fuq l-importanza taż-żgħażagħ Ewropej biex nibnu futur aħjar – aktar ekoloġiku, aktar inklużiv u diġitali. B’ħafna opportunitajiet biex titgħallem, taqsam il-viżjoni tiegħek, tiltaqa’ man-nies u tinvolvi ruħek f’attivitajiet mal-Ewropa kollha, is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ hija l-mument li nimxu 'l quddiem b’kunfidenza u tama f’perspettiva post-pandemika. Skopri x’tista’ toffrilek din is-Sena u ssieħeb fil-#EYY2022 !