Skip to main content
© Flickr - garryknight © Flickr - garryknight

Akkomodazzjoni għal żmien qasir fl-Ewropa

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tnejn, 30/08/2021

Għandek il-vjaġġ kollu ppjanat: il-bagalji ppakkjati, il-biljetti bbukkjati, iżda xi ngħidu dwar l-akkomodazzjoni? Iċċekkja diversi għażliet għal akkomodazzjoni li taffordja matul il-vjaġġ tiegħek.

Akkomodazzjoni rħisa

Il-hostels huma alternattiva tajba għal-lukandi meta tkun qed tfittex akkomodazzjoni li taffordja tħallasha. Tista' tara hawn taħt lista ta' siti web ta' hostels popolari:

  • European Hostels: fittex għall-aħjar u l-orħos sodod fil-belt li se żżur. F'dan is-sit tista' ssib ukoll xi pariri utli.
  • Hostel World: fittex u bbukkja hostels mad-dinja kollha biex issib l-aħjar offerti. Iċċekkja wkoll l-opinjonijiet dwar il-hostels u t-taqsima tal-gwidi tal-akkomodazzjoni rħisa u l-pariri għall-ivvjaġġar.
  • Hostelling International: il-youth hostels huma mezz fantastiku biex issir taf pajjiż bi prezz baxx. Fittex fost 4,000 youth hostel u aktar mad-dinja kollha.
  • HostelBookers: ibbukkja l-youth hostel jew il-lukanda rħisa tiegħek minn 3,500 destinazzjoni mad-dinja kollha. Iċċekkja wkoll il-blog tal-ivvjaġġar, il-listi ta' ispirazzjoni tal-ivvjaġġar u l-gwidi tad-destinazzjonijiet għal pariri dwar kif tieħu l-aħjar li tista' mill-vjaġġ tiegħek.
  • Agoda: b’aktar minn 2,000,000 offerta, inklużi lukandi, tista’ taċċerta ruħek li f'dan is-sit se ssib il-post għalik. Tista’ wkoll tiffranka bl-offerti ta’ kuljum għall-akkomodazzjoni għal żmien qasir tiegħek. 
  • Hostelsclub: kumpanija Ewropea b’lista ta’ aktar minn 37,000 offerta fid-dinja kollha disponibbli b’diversi lingwi. Iċċekkja bliet rakkomandati oħrajn biex tibda tippjana l-vjaġġ li jmiss tiegħek! 
  • Booking.com: sit web famuż mad-dinja kollha, aġenzija tal-ibbukkjar affidabbli li tipprovdi wkoll titjiriet, kiri ta’ karozzi u taxis fl-ajruporti.
  • Hostelz: offerti f’aktar minn 7,607 ibliet u jagħtik iċ-ċans li tqabbel il-prezzijiet ma’ siti oħrajn tal-hostels.

Ikkampjar

Jekk tippreferi li tkun f'kuntatt viċin man-natura, l-ikkampjar jista' jkun għażla tajba u rħisa għalik.

  • EuroCampings: akkwista informazzjoni dettaljata dwar is-siti tal-ikkampjar sabiex tkun tista' tikkampja bil-galbu mal-Ewropa kollha. Fittex skont il-pajjiż, ir-reġjun, il-post, l-isem u l-faċilitajiet tas-sit tal-ikkampjar.
  • Interhike: pariri dwar l-ikkampjar u l-mixi fit-tul fil-pajjiżi fl-Ewropa kollha. Kemm tuża l-mappa biex issib is-siti tal-ikkampjar fiż-żona li tagħżel.
  • Pitchup.com: eluf ta’ siti tal-ikkampjar huma disponibbli biex tibbukkja f’aktar minn 30 pajjiż fid-dinja kollha
  • Camping: li jikklassifika aktar minn 20,000 sit tal-ikkampjar u jippermettilek tibbukkja direttament

Kiri u sottokiri ta' flett

Jekk tippreferi ambjent aktar komdu, tista' tikri kamra jew flett sħiħ u anki tgħaddi l-kera tiegħek lil ħaddieħor waqt li tkun qed tivvjaġġa.

  • Airbnb: minn appartamenti u kmamar sa djar fis-siġar u dgħajjes, ikri spazju għalik f'aktar minn 34,000 belt u 191 pajjiż. Tista' tikri wkoll l-appartament tiegħek meta tkun qed tivvjaġġa u forsi tnaqqas l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħek.
  • HolidayRentals: jiġbor bosta proprjetajiet ta’ tipi differenti f’aktar minn 150 pajjiż fid-dinja kollha
  • Tripping: aktar minn 190 pajjiż u bosta għażliet differenti biex tiċċekkja u tqabbel 

Tpartit ta' djar

Jekk għandek moħħok miftuħ u lest li tirċievi mistednin f'darek, allura tista' wkoll toqgħod bla ħlas fid-dar ta' xi ħaddieħor għal ftit jiem.

  • Home Exchange: jekk rajt “The Holiday” (2006) x’aktarx li diġà taf dwar din l-alternattiva. Tista’ litteralment tiskambja d-dar ma’ xi ħadd ieħor mid-dinja kollha (mhux bilfors li l-iskambju jkun fl-istess dati).
  • Couchsurfing: sib persuni lokali li lesti jilqgħuk f'aktar minn 200,000 belt mad-dinja kollha, sir persuna li lesta tilqa' għandek in-nies billi tiftaħ darek għall-vjaġġaturi jew sempliċiment skopri mill-ġdid lil beltek billi tiltaqa' ma' vjaġġaturi u nies tal-lokal waqt avvenimenti fl-inħawi tiegħek.
  • BeWelcome: komunità bla ħlas, b’sors miftuħ u bla profitt għall-vjaġġaturi.
  • Warmshowers: pjattaforma speċjali ħafna (ħafna) għat-turisti bir-rota, il-membri kollha jaqblu li jospitaw lil ċiklisti bħalhom.
  • Trustroots: din il-komunità tal-vjaġġaturi bħalissa għandha 44,000 membru.
  • Homestay: post tas-suq tal-akkomodazzjoni li jgħaqqad lil mistednin ma’ ospitanti lokali f’aktar minn 150 pajjiż.
  • Lovehomeswap: sit web ta’ skambju tad-djar li fih proprjetajiet f’aktar minn 160 pajjiż.

 
Jekk xejn ma jirnexxi, għandek titjira li titlaq kmieni filgħodu jew waqfa fit-tul, jew sempliċement tixtieq iżżid ftit avventura mal-vjaġġ tiegħek, tista' tqatta' l-lejl fl-ajruport. Is-sit Guide to Sleeping in Airports fih opinjonijiet, klassifika tal-aħjar u l-agħar ajruporti li tista' torqod fihom u gwida dwar x'għandek tagħmel biex torqod fl-ajruporti.