Dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fuq: https://youth.europa.eu/home_mt
Dan is-sit web huwa ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC). Huwa maħsub biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltà.
Dan jippermettilek:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi,
- iżżur ħafna mis-sit web bit-tastiera biss, u
- iżżur ħafna mis-sit web b’qarrej tal-iskrin modern u b’software li jagħraf id-diskors (fuq kompjuter jew mobile).
Dan is-sit web tfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għal siti web u apps tal-mobile, EN 301 549, v.3.2.1. Jimxi mill-qrib mal-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
L-istatus tal-konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar f'April 2024.
It-tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
It-tim tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ tad-DĠ EAC ħejja din id-dikjarazzjoni bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
L-ittestjar manwali sar bl-użu tal-aħħar verżjonijiet tal-għodod Axe u Wave u ġie integrat fil-browsers Firefox u Chrome. L-ittestjar awtomatizzat sar bl-użu ta’ pa11y.
Feedback
Napprezzaw il-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Jekk issib xi ostakli tal-aċċessibbiltà, ikkuntattjana
- [posta elettronika]: EAC-EYP@ec.europa.eu
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jasal għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Il-kompatibbiltà mal-browsers u mat-teknoloġija assistiva
Is-sit web tal-“Portal Ewropew taż-Żgħażagħ” huwa mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji ta’ assistenza l-aktar użati li ġejjin:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Mozilla FireFox u Apple Safari;
- NVDA
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem b’taħlita partikolari ta’ browser tal-web u teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet li nafu bihom u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk issib xi waħda li ma tissemmiex hawn taħt, ikkuntatjana.
Limitazzjonijiet magħrufin għas-sit web tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ:
- Deskrizzjoni tal-immaġni nieqsa: Xi immaġnijiet fil-kontenut ma għandhomx deskrizzjoni tal-immaġni. Qed naħdmu b’mod kostanti biex niżguraw li l-immaġnijiet kollha jkollhom deskrizzjoni b’test alt.
- Mappa interattiva: Il-mapep interattivi mhumiex aċċessibbli għal persuni b’vista batuta jew utenti li jiddependu fuq in-navigazzjoni bil-keyboard. Barra minn hekk, xi elementi inkorporati fil-mappa (buttuni, markaturi, pinnijiet) ma għandhomx isem disponibbli għal API ta’ aċċessibbiltà.
- Dokumenti PDF: Xi dokumenti huma b’format PDF u mhumiex aċċessibbli għalkollox.