Skip to main content

Dwarna

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ joffri informazzjoni fil-livell Ewropew u nazzjonali dwar l-opportunitajiet u l-inizjattivi li huma ta’ interess għaż-żgħażagħ li qed jgħixu, jitgħallmu u jaħdmu fl-Ewropa.

Jindirizza liż-żgħażagħ, iżda wkoll lil partijiet ikkonċernati oħra li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ (l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, dawk li jfasslu l-politika, eċċ.).

Struttura

Il-kontenut hu organizzat taħt 4 taqsimiet ewlenin:

  • “Involvi ruħek”
  • “Mur barra minn pajjiżek”
  • “Inizjattivi tal-UE”
  • “L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ”
  • Barra minn hekk, tista’ taqra l-istejjer taż-żgħażagħ, tfittex avvenimenti u tiċċekkja l-aħħar aħbarijiet

Fit-taqsima “Involvi ruħek”, tista’ ssib artikli dwar iċ-ċittadinanza attiva, minn angoli differenti:

  • Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ
  • Il-parteċipazzjoni demokratika
  • Drittijietek u l-inklużjoni
  • L-involviment ċiviku
  • L-iżvilupp sostenibbli
  • #EUYouth4Peace
  • Il-fehim interkulturali
  • L-isport

Fit-taqsima “Mur barra minn pajjiżek”, tista’ tibbrawżja l-opportunitajiet differenti relatati ma’: 

  • L-istudju
  • Il-volontarjat
  • It-traineeships
  • Ix-xogħol
  • L-iskambji bejn l-iskejjel u ż-żgħażagħ
  • L-ivvjaġġar 

Fit-taqsima “Inizjattivi tal-UE”, tista’ ssib informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-programmi differenti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea bħal:

  • Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
  • Erasmus+
  • DiscoverEU
  • Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ
  • Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ
  • Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ

Fit-taqsima “L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ”, tista’ taċċessa informazzjoni relatata mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, żviluppata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ għall-2019–2027.

Dawn it-taqsimiet kollha jistgħu jiġu aċċessati mill-paġna ewlenija jew mill-menu prinċipali. 

Tista’ tuża wkoll il-kaxxa tat-tiftix biex taċċessa faċilment l-informazzjoni li qed tfittex.

Lingwi

In-navigazzjoni tas-sit web u l-kontenut tagħha huma disponibbli fit-23 lingwa tal-UE. Il-kontenut relatat ma’ DiscoverEU hu disponibbli wkoll f’dawn il-lingwi: IS, MK, NO, SR, TR.

Tista’ tbiddel il-lingwa tal-wiri ta’ paġna meta trid billi tikklikkja fuq is-selettur tal-lingwa. Meta tagħmel hekk tkun qed tbiddel ukoll il-lingwa tan-navigazzjoni tas-sit web. 

L-aħbarijiet, l-artikli, l-avvenimenti u l-istejjer jiġu tradotti biss permezz tat-traduzzjoni awtomatika. Minkejja li tkun biddilt il-lingwa tal-wiri, biex tara l-kontenut tradott, xorta trid tikklikkja fuq “Ittraduċi din il-paġna”.

Manutenzjoni tal-kontenut

Il-Kummissjoni Ewropea u n-Network tal-Eurodesk jieħdu ħsieb il-kontenut ta’ dan is-sit web. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Avviż legali.

Mistoqsijiet

Il-Portal jippermetti lill-viżitaturi jressqu mistoqsijiet billi jikklikkjaw fuq il-buttuna “Mistoqsijiet” u jimlew il-formola bi kwalunkwe lingwa użata fil-Portal. It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet tingħata min-Network tal-Eurodesk

Feedback

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, jew jekk għandek xi kummenti jew suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbuh, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattjana billi tuża l-link “Ikkuntattjana” li tinsab fil-qiegħ ta’ kull paġna.

 

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ hu inizjattiva tal-Unjoni Ewropea.