Skip to main content

Termini u kundizzjonijiet

Inti ġentilment mitlub(a) taqra dawn it-termini tal-użu b’attenzjoni billi fihom informazzjoni importanti dwar id-drittijiet u l-obbligi legali tiegħek waqt li tkun qed tuża s-servizzi online (bħas-siti web u l-applikazzjonijiet tal-apparati mobbli) tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u inizjattivi relatati, inkluż il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Dawn it-termini tal-użu jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien, għalhekk għandek tiċċekkjahom b’mod regolari.

Dawn is-servizzi online huma proprjetà tad-Direttorat-Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, li hu responsabbli wkoll mill-amministrazzjoni tagħhom.

Introduzzjoni

Sabiex nippreżervaw l-atmosfera amikevoli u pjaċevoli ta’ dawn is-servizzi online, implimentajna xi regoli bażiċi ta’ kondotta, li nistgħu naġġornaw minn żmien għal żmien mingħajr preavviż. Il-viżitaturi kollha li jipparteċipaw u jużaw dawn il-faċilitajiet online huma mistennija jaqraw dawn ir-regoli u l-politiki, jaqblu magħhom u ma jiksruhomx. Ħu ftit tal-ħin biex tiffamiljarizza ruħek mal-linji gwida.

Ara l-avviż legali ddettaljat tal-Kummissjoni Ewropea.

Kontenut xieraq

L-imġiba mistennija tal-membri u suġġerimenti għal posts aħjar:

  • Ara li l-kontributi kollha jkunu fil-limiti xierqa tal-qasam ta’ interess tal-komunità.
  • Uża titli qosra u konċiżi meta tippowstja l-entrati.
  • Agħmel ħiltek biex tikkomunika bl-aktar mod ċar possibbli.
  • Uża biss immaġnijiet li għandek id-drittijiet kollha għalihom, u kun ċert li għandek il-permess ta’ kull min jista’ jiġi identifikat fl-immaġni (ara t-taqsima hawn taħt dwar id-“Drittijiet tal-awtur u ta’ partijiet terzi” għal aktar dettalji).
  • Tużax diskors baxx jew offensiv.
  • Irrispetta l-Istandards Internazzjonali tas-Sikurezza tat-Tfal għall-kontenut online.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala kontenut mhux xieraq. L-ippowstjar ta’ kontenut bħal dan jista’ jirriżulta fis-sospensjoni immedjata jew l-għeluq b’mod permanenti tal-kont kif ukoll it-tneħħija jew l-emendar tal-posts offensivi:

  • Posts li fihom xi materjal jew dikjarazzjonijiet li jiksru d-drittijiet pubbliċi jew privati ta’ persuni oħra.
  • Posts jew immaġnijiet ta’ natura indiċenti, malafamanti, abbużiva, vulgari, ta’ mibegħda, ta’ fastidju, oxxena, profana jew ta’ theddid. Dawn jinkludu kwalunkwe messaġġ jew materjal li jkun offensiv, insolenti jew li jnaqqas mid-dinjità tal-persuna mil-lat etniku, razzjali, reliġjuż jew sesswali.
  • Posts jew immaġnijiet li jinkoraġġixxu kondotta li, jew huma ta’ tip ta’ kondotta li, tikkostitwixxi offiża kriminali, tirriżulta f’responsabbiltà ċivili, jew li b’xi mod ieħor tikser xi liġi jew regolament.
  • Posts jew immaġnijiet li ma jirrispettawx id-Drittijiet tat-Tfal u l-Miżuri tas-Sikurezza tat-Tfal minquxa fid-drittijiet fundamentali tat-tfal.
  • Reklamar espliċitu ta’ prodotti jew servizzi mingħajr il-kunsens bil-quddiem tagħna jew mingħajr il-kuntest adegwat.
  • Reġistrazzjoni bl-għan li tippowstja/tirrakkomanda/tippromwovi għall-akkwist personali tiegħek.
  • Posts li jkun fihom l-informazzjoni ta’ kuntatt personali tiegħek jew ta’ persuni oħrajn (pereż. in-numri tat-telefown, l-indirizzi, eċċ) fil-forums.
  • Kull ħaġa oħra li aħna nqisu mhix xierqa.
  • Links għall-kontenut imsemmi hawn fuq.

Il-kontenut kollu ppowstjat mill-utenti jesprimi l-opinjonijiet tal-awtur, u l-Unjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għall-messaġġi.

Irrispetta lill-utenti l-oħra u kun edukat il-ħin kollu, anke meta ma taqbilx ma’ dak li jkun.

Filwaqt li dawn ir-regoli jkopru s-sitwazzjonijiet l-aktar komuni, ma jistgħux jantiċipaw kollox. Għaldaqstant nirriżervaw id-dritt li nieħdu kwalunkwe azzjoni li nqisu xierqa biex niżguraw li s-servizzi online ma jiġux imfixkla jew abbużati.

Drittijiet tal-awtur u ta’ partijiet terzi

Meta jissottomettu test, filmati, immaġnijiet jew kwalunkwe materjal ieħor, l-utenti jkunu qed jiggarantixxu li huma d-detenturi tad-drittijiet tal-materjal sottomess, u li mhu qed jiksru l-ebda dritt tal-awtur, dritt għall-privatezza, dritt tal-immaġni, jew kwalunkwe dritt ieħor ta’ xi parti terza. 

Meta jissottomettu post, l-utenti jkunu qed jagħtu liċenzja dinjija mhux esklużiva, mingħajr royalties u perpetwa lill-Unjoni Ewropea biex tuża l-materjal sottomess fir-rigward tal-programmi u l-inizjattivi tagħha. B’mod partikolari, il-parteċipanti jagħtu d-dritt lill-Unjoni Ewropea li taħżen, tirriproduċi, timmodifika, toħloq xogħlijiet derivattivi, turi, tistampa, tippubblika, ixxerred, ixxandar u tikkomunika lill-pubbliku l-materjal sottomess, jew b’xi mod ieħor tagħmlu pubblikament disponibbli, fi kwalunkwe format u lingwa u bi kwalunkwe mezz, inkluż fuq l-internet jew fuq in-networks soċjali.

Jekk il-materjal sottomess ikun fih xogħlijiet ta’ partijiet terzi (bħal mużika, disinni arkitettoniċi, ritratti li mhumiex il-proprjetà tal-utent) l-utenti għandhom jiddikjaraw li kisbu d-drittijiet kollha meħtieġa li jippermettu lill-Unjoni Ewropea tuża l-materjal sottomess kif speċifikat hawn fuq. L-Unjoni Ewropea għandha d-dritt titlob evidenza tal-ikklerjar tad-dritt tal-awtur min-naħa tal-partijiet terzi. L-utent jassumi r-responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe ħsara jew telf li jirriżulta mill-ksur tad-drittijiet tal-partijiet terzi.

Kull darba li tuża materjal sottomess l-Unjoni Ewropea se tirrikonoxxi lill-awtur/i b’mod debitu.

Meta jissottomettu post, l-utenti jkunu qed jiggarantixxu lill-Unjoni Ewropea li (i) kisbu kunsens bil-miktub mingħand kull individwu identifikabbli u, jekk jissemma’ jew jidher minuri (li ġeneralment ikun xi ħadd taħt is-16-il sena, iżda din id-definizzjoni tista’ tvarja minn pajjiż għal ieħor), li għandhom il-kunsens bil-miktub tal-ġenituri/kustodju legali tagħhom; (ii) l-applikazzjoni tagħhom mhix se twassal għal xi allegazzjoni ta’ ksur, invażjoni tal-privatezza jew reklamar, jew tikser xi dritt u/jew interess ta’ parti terza, jew twassal għal xi tip ta’ allegazzjoni, u lanqas ma tikser xi dritt jew regolament applikabbli. Hija r-responsabbiltà tal-utent li jiżgura li jkun inkiseb il-kunsens meħtieġ. L-utenti jridu jżommu kull formola ta’ awtorizzazzjoni miksuba peress li jistgħu jintalbu jagħtu prova li l-kunsens ingħata. Jekk l-utenti jissottomettu materjal li ma jkollhomx il-permessi xierqa għalih, dawn jaċċettaw li jinżammu responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta.

L-utenti kollha huma responsabbli għall-kostijiet u l-ispejjeż li jġarrbu meta jipproduċu l-kontenut għall-posts tagħhom.

Irrapporta l-ksur tar-regoli

Jekk tħoss li utent ieħor ikun qed jikser dawn il-politiki u t-termini tal-użu, inti ġentilment mitlub(a) tirrappurtah permezz tal-paġna “Ikkuntattjana” tas-sit web, jew permezz tal-karatteristika “Irrapporta l-post” fl-applikazzjoni tal-apparati mobbli.

Miżuri dixxiplinari

Nirriżervaw id-dritt li nimmonitorjaw il-posts tas-servizz online u li nħassru jew nemendaw kull post li ma tirrispettax dawn ir-regoli u “t-Termini u l-Kundizzjonijiet” standard tal-użu tal-portal tagħna, fosthom posts li jfixklu l-operazzjonijiet tekniċi tagħna jew li jinterferixxu magħhom.

Nirriżervaw id-dritt li nagħlqu jew nissospendu b’mod immedjat, temporanjament jew b’mod permanenti, kwalunkwe kont tal-utent mingħajr preavviż, kif inqisu xieraq.

Jekk tħoss li ttrattajniek b’mod inġust, tista’ tressaq appell direttament quddiemna. Meta tikkuntattjana, ipprovdilna l-email li użajt biex ippowstjajt entrata, jew in-numru ta’ referenza tal-parteċipant fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Ma niddiskutux is-sospensjoni tal-membri tal-portal mal-pubbliku ġenerali.

Nota dwar id-dritt tal-awtur: l-istampi deskrittivi użati fuq dan is-sit web (minbarra dawk mibgħuta mill-utenti) huma proprjetà tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-fornituri tagħha.

©Unjoni Ewropea 2014–2026. Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn ikun iddikjarat mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, software, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dan il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu.