Skip to main content
youth policy dialogues

Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ

L-għanijiet ewlenin tad-djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ huma li jħeġġu liż-żgħażagħ jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-inizjattivi ta’ politika tal-UE billi jinteraġixxu mal-Kummissarji u li l-fehmiet taż-żgħażagħ jiġu intergrati fl-aġenda politika tal-UE.

Id-djalogi jrawmu diskussjonijiet miftuħa, jaqsmu l-għarfien, u jibnu konnessjonijiet maż-żgħażagħ.  Jiffukaw fuq kwistjonijiet urġenti u liż-żgħażagħ jagħtuhom is-setgħa billi jinvolvuhom fil-ħajja demokratika. Id-djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ jippermettu liż-żgħażagħ jifhmu aħjar l-għażliet wara d-deċiżjonijiet ta’ politika u l-impatt tagħhom.

Il-punti ewlenin taw lok għal ċiklu ġdid ta’ diskussjonijiet dwar il-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini. Issa għandek iċ-ċans issemma’ leħnek fid-dibattitu ta’ segwitu dwar id-djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ. Kull djalogu ġie ddokumentat minn rapport — Ara r-rapporti tad-djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ

 

Sfond

Id-djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ saru għall-ewwel darba matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, fejn kull membru tal-Kulleġġ tal-Kummissarji stieden bejn 12 u 15-il żagħżugħ u żagħżugħa fi Brussell biex jieħdu sehem fi djalogu ta’ politika.

U aktar reċentement, waqt il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2024, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas u l-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ Iliana Ivanova għamlu 2 djalogi ta’ politika li matulhom kisbu għarfien dwar il-perċezzjonijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej.