Skip to main content

Erasmus+

Bħala żagħżugħ tista’ tieħu sehem fl-attivitajiet ta’ Erasmus+. 

Għall-biċċa l-kbira tagħhom trid tkellem lill-università, liċ-ċentru tat-taħriġ jew lil xi organizzazzjoni oħra tiegħek. 

L-organizzazzjoni tiegħek tapplika għal għotjiet biex tmexxi proġetti ta’ Erasmus+, u dawk l-għotjiet jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni tiegħek. 

Tgħallem aktar dwar liema attivitajiet tista’ tapplika għalihom

 

Mobbiltà tat-tagħlim 

  • Mobbiltà tat-tfal tal-iskola 

Bħala tifel/tifla tal-iskola tista’ tqatta’ sa xahar barra minn pajjiżek, fi grupp jew waħdek.  

Tgħallem aktar 

 

  • Mobbiltà tal-istudenti 

L-opportunitajiet biex tistudja barra minn pajjiżek huma disponibbli fil-livelli tal-Baċellerat, tal-Masters jew tad-Dottorat. 

Ara kif tista’ tistudja barra minn pajjiżek 

Erasmus+ jappoġġa wkoll it-traineeships (il-prattiċi tax-xogħol, l-internships, eċċ.) barra mill-pajjiż għall-istudenti rreġistrati fl-edukazzjoni għolja. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħin ukoll għall-gradwati reċenti. 

Tgħallem dwar it-traineeships għall-istudenti 

Diversi istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja joffru Masters konġunti ta’ Erasmus Mundus u dawn jitmexxew f’diversi pajjiżi. 

Tgħallem dwar il-programmi ta’ studju ta’ Erasmus Mundus 

L-istudenti b’kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa jingħataw finanzjament addizzjonali. L-istudenti għandhom dritt għall-istess servizzi ta’ appoġġ offruti għall-istudenti lokali mill-istituzzjonijiet riċeventi. 

Tgħallem dwar il-finanzjament addizzjonali 

 

Mobbiltà tat-tagħlim mhux formali 

  • Skambji taż-żgħażagħ 

Bis-saħħa tal-iskambji taż-żgħażagħ, gruppi ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti jkunu jistgħu jiltaqgħu, jgħixu flimkien u jaħdmu fuq proġetti komuni għal perjodi ta’ żmien qosra. 

L-iskambji taż-żgħażagħ isiru barra mill-ambjent tal-iskola. Waqt skambju taż-żgħażagħ, stenna li tipparteċipa f’attivitajiet bħal workshops, eżerċizzji, dibattiti, logħob ta’ rwoli, attivitajiet fuq barra u aktar. 

L-esperjenzi ta’ tagħlim tal-parteċipanti huma rikonoxxuti permezz ta’ Youthpass. 

Tul: L-iskambji taż-żgħażagħ idumu bejn 5 ijiem u 21 jum. Dan il-perjodu jeskludi ż-żmien tal-ivvjaġġar. 

Kundizzjonijiet: L-iskambji taż-żgħażagħ huma miftuħin għall-persuni bejn it-13 u t-30 sena. Biex tmexxi grupp waqt skambju taż-żgħażagħ irid ikollok imqar 18-il sena. 

L-iskambji taż-żgħażagħ huma mmaniġġati minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, gruppi informali taż-żgħażagħ jew organizzazzjonijiet oħrajn. 

 

  • Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ 

L-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ jagħtu l-opportunità lil gruppi ta’ żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fis-soċjetà ċivika u l-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali u politika. Jekk jieħdu sehem ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar suġġetti li huma importanti għalihom. 

Eżempji ta’ attivitajiet appoġġati jinkludu sessjonijiet ta’ ħidma, dibattiti, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, laqgħat online jew wiċċ imb wiċċ ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, avvenimenti kulturali, u ħafna aktar. 

L-attivitajiet isiru barra mill-ambjenti tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ formali. Ir-riżultati mit-tagħlim tal-parteċipanti jistgħu jiġu identifikati u dokumentati permezz ta’Youthpass. 

Tul: Il-proġetti jistgħu jdumu bejn 3 xhur u 24 xahar. Dan il-perjodu jinkludi fażijiet ta’ tħejjija, implimentazzjoni u segwitu. Kull proġett jista’ jinkludi taħlita ta’ diversi attivitajiet (qosra). 

Min jista’ jieħu sehem: L-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ huma miftuħin għall-persuni bejn it-13 u t-30 sena. 

L-attivitajiet għandhom jitmexxew miż-żgħażagħ u jistgħu jiġu implimentati minngruppi informali ta’ żgħażagħjew organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ. 

Kif tapplika: Ma tistax tapplika direttament għal għotja bħala individwu. L-applikazzjonijiet iridu jsiru minn organizzazzjoni jew grupp ta’ żgħażagħ. 

Meta ssir applikazzjoni minn organizzazzjoni, iż-żgħażagħ xorta waħda għandhom ikunu involuti b’mod attiv f’kull stadju tal-proġett. 

Fejn tapplika: L-organizzazzjonijiet għandhom jidħlufis-sit web tal-Aġenzija Nazzjonali tagħhom biex ifittxu l-finanzjament u japplikaw għalih. 

L-Aġenzija Nazzjonali f’pajjiżek tista’ tassistik ukoll jekk ikollok bżonn l-għajnuna biex issib organizzazzjoni parteċipanti xierqa jew jekk ikollok xi mistoqsijiet. 

 

  • DiscoverEU u azzjoni ta’ inklużjoni ta’ DiscoverEU

DiscoverEU tagħti l-opportunità liċ-ċittadini ta’ 18-il sena biex jiskopru l-Ewropa permezz ta’ esperjenzi ta’ tagħlim. Billi se tkun qed tivvjaġġa fil-biċċa l-kbira bil-ferrovija (ħlief dawk li jgħixu fuq gżejjer jew f’żoni remoti), se tkun tista’ tesplora l-pajsaġġi sbieħ tal-Ewropa u l-varjetà tal-ibliet u l-irħula tagħha.

Tgħallem aktar dwar DiscoverEU

Azzjoni ta’ inklużjoni

Bħala parti mill-azzjoni DiscoverEU, iż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet se jkollhom finanzjament speċifiku biex jesploraw l-Ewropa. Huma jistgħu jirċievu appoġġ addizzjonali biex jegħlbu l-ostakli għall-applikazzjoni u l-ivvjaġġar.

Din l-azzjoni għandha l-għan li tilħaq u tinkludi lil dawk li normalment kieku ma japplikawx b’inizjattiva tagħhom stess.

Aqra l-kriterji dettaljati tal-valutazzjoni tal-proġett u l-proċess tal-applikazzjoni

 
  • Mobbiltà tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ 

Erasmus+ jappoġġa l-iżvilupp professjonali tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ permezz ta’ perjodi ta’ taħriġ u ta’ networking barra l-pajjiż. 

Il-perjodi barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f’korsijiet ta’ taħriġ, żjarat ta’ studju, esperjenzi ta’ tagħlim prattiku fuq il-post tax-xogħol jew perjodi ta’ osservazzjoni f’organizzazzjonijiet rilevanti, u aktar. 

Tul: Il-mobbiltà tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ trid iddum bejn jumejn u xahrejn. Dan il-perjodu jeskludi ż-żmien tal-ivvjaġġar. 

Kundizzjonijiet: Biex tmur barra l-pajjiż permezz ta’ Erasmus+ bħala persuna li taħdem maż-żgħażagħ, l-organizzazzjoni tiegħek trid tkun parti minn proġett ta’ mobbiltà għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ ma’ istituzzjoni jew organizzazzjoni oħra. 

 

Kun af aktar: Erasmus+