Skip to main content

Djalogi ta’ Politika

X’inhu Djalogu ta’ Politika?

L-għanijiet ewlenin tad-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ huma li jippermettu liż-żgħażagħ jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-inizjattivi ta’ politika tal-UE. Dan jagħmluh billi jipprovdu spazju għal interazzjoni sinifikanti mal-Kummissarji u jintegraw il-fehmiet taż-żgħażagħ fl-aġenda politika tal-UE. Id-djalogi jrawmu diskussjonijiet miftuħa, jaqsmu l-għarfien, u jibnu rabtiet maż-żgħażagħ dwar kwistjonijiet urġenti u jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ billi jrawmu l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika. Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ jippermettu liż-żgħażagħ jifhmu aħjar l-għażliet wara d-deċiżjonijiet ta’ politika u l-impatt tagħhom.

“Se nitlob lill-Kummissarji kollha jorganizzaw l-ewwel Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ tagħhom fl-ewwel 100 jum tal-mandat. Dawn id-djalogi jerġgħu jsiru kull sena.” Il-President Ursula von der Leyen fil-Linji Gwida Politiċi 2024-2029.  

Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ saru għall-ewwel darba matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, fejn kull membru tal-Kulleġġ tal-Kummissarji stieden bejn 12 u 15-il żagħżugħ u żagħżugħa fi Brussell biex jieħdu sehem fi djalogu ta’ politika. 

U aktar reċentament, waqt il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2024, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas u l-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ Iliana Ivanova għamlu 2 Djalogi ta’ Politika fejn kisbu għarfien profond dwar il-perċezzjonijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej. 

Djalogu ta’ Politika 
mal-Viċi President Schinas

“L-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna”

Djalogu ta’ Politika 
mal-Kummissarju Ivanova

“Lawrja Ewropea u Mobbiltà tal-Apprendiment”

Il-Viċi President SchinasIl-Kummissarju Iliana Ivanova

It-Tlieta, 9 ta’ April 2024

9:30 - 11:30

Il-Kamra Hallstein, il-Binja ta’ Berlaymont, Brussell

 

Il-Ġimgħa, 19 ta’ April 2024

10:00 - 12:00

Il-Kamra Jean Rey, il-Binja ta’ Berlaymont, Brussell

Ara x-xandira diretta bi streaming

Aqra r-rapport dwar id-djalogu ta’ politika