Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ
Merħba għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2026, avveniment organizzat mill-Kummissjoni Ewropea kull sentejn biex jiċċelebra u jippromwovi l-involviment taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha.
Din se ssir mill-24 ta’ April sal-1 ta’ Mejju 2026.
Din l-edizzjoni se tkun iddedikata għas-Solidarjetà u l-Ekwità. Se niċċelebraw 30 sena ta’ volontarjat fl-Ewropa b’wirja ddedikata għall-Ewropej li għamlu differenza fis-soċjetà.
Il-ġimgħa se tibda fil-Parlament Ewropew fi Brussell b’aktar minn 1000 parteċipant, prinċipalment żgħażagħ, li se jiskambjaw l-ideat u l-fehmiet tagħhom matul jum sħiħ ta’ attivitajiet. Skopri aktar dwar l-avveniment ta’ tnedija tal-24 ta’ April.
Kif tinvolvi ruħek?
Tixtieq issir taf aktar dwar l-opportunitajiet u l-politiki tal-UE, tiddiskuti suġġetti li huma importanti għalik u tinvolvi ruħek ma’ dawk li jfasslu l-politika, torganizza u tieħu sehem f’kull xorta ta’ attivitajiet fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha, tispira ruħek minn stejjer ta’ żgħażagħ oħra?
Iċċekkja l-mappa tal-attivitajiet
Attivitajiet
Ħu sehem f’attivitajiet mal-Ewropa kollha
Ikkuntattja l-Aġenzija Nazzjonali tiegħek għall-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u n-network Eurodesk għal aktar informazzjoni.