Skip to main content
Our future in our hands 24-30 MAY 2021

Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2021

Dwar

Merħba lil kulħadd! Se tipparteċipa? Bi pjaċir inħabbru l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2021! Matul il-ġimgħa tal-24 sat-30 ta’ Mejju, se jsiru diversi avvenimenti eċċitanti u sessjonijiet ta’ ispirazzjoni fl-Ewropa kollha li jiffokaw fuq it-tema “Il-futur tagħna f’idejna”. Il-futur jinħoloq issa u għandek is-setgħa li tistabbilixxi għanijiet u tikkontribwixxi għal inizjattivi dwar kif l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar. Barra minn hekk, din is-sena qed inniedu l-programmi l-ġodda tal-UE għaż-Żgħażagħ 2021-2027! L-Erasmus+ il-ġdid u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jistgħu jipprovdulek opportunità biex issir aktar impenjat fis-soċjetà, tikkontribwixxi għal kawżi ekoloġiċi, tiffaċċja l-isfidi futuri b’ħiliet diġitali msaħħa u tkun aktar inklużiv u miftuħ lejn id-diversità.

Tixtieq issir taf aktar dwar opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE jew issemma’ l-opinjoni tiegħek dwar il-proċessi li huma importanti għalik? Ħu sehem f’diversi avvenimenti u diskussjonijiet u semma’ leħnek għal kawża notevoli!

Għaliex “Il-futur tagħna f’idejna”?

Taħseb li jeħtieġ li aktar żgħażagħ ikunu attivi u jagħmlu suġġerimenti għal futur aħjar? Tixtieq li ngħixu f’soċjetà aktar inklużiva? L-ambjent huwa suġġett vitali għalik? Hu importanti li jinħoloq spazju fejn tista’ taqsam l-opinjonijiet tiegħek u titgħallem dwar modi u opportunitajiet ġodda biex tagħmel kontributi sinifikanti. Għax il-futur tiegħek jinsab f’idejk.

X'inhi l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ?

Il-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ tippermetti li jiġu diskussi suġġetti rilevanti għaż-żgħażagħ, turi l-opportunitajiet tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ u tiċċelebra stejjer li rnexxew. Hi l-qofol tal-laqgħat Ewropej għaż-żgħażagħ u s-settur taż-żgħażagħ fl-Ewropa.

Min jorganizza l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ?

L-organizzaturi ewlenin tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ huma l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u n-network Eurodesk. Fl-2021 il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ se ssir b’mod predominanti fil-livell nazzjonali u online.

Kif tista’ tieħu sehem fl-avvenimenti qrib tiegħek?

Iċċekkja l-avvenimenti qrib tiegħek f’din il-paġna. L-avvenimenti qed jiżdiedu bil-mod il-mod. Jekk ma tarax xi avveniment viċin tiegħek, irritorna aktar tard! Ibqa’ aġġornat!