Skip to main content
©  Photo by Marc Detiffe on Unsplash © Photo by Marc Detiffe on Unsplash

Traineeships fin-NATO

L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 21/10/2020

Il-kwartieri Ġenerali tan-NATO fi Brussell jorganizzaw programm ta’ internship bl-għan li tiġi pprovduta lil numru żgħir ta’ studenti attwali jew reċenti l-opportunità li jaħdmu ma’ Staff Internazzjonali.

Hemm sejħa waħda għall-applikazzjonijiet fis-sena, fir-rebbiegħa, b’żewġ dati tal-bidu, f’Settembru u Marzu tas-sena ta’ wara. Fil-prinċipju, l-internships idumu bejn 6 u 8 xhur.

Objettivi tal-Programm

Il-Programm ta' Internship tan-NATO għandu erba’ objettivi ewlenin:

  • li jipprovdi lill-Organizzazzjoni kemm b’aċċess għall-aħħar għarfien teoretiku u tekniku li l-intern jista’ japplika permezz ta’ inkarigi prattiċi ta’ xogħol, kif ukoll permezz ta’ riżorsi ta’ staff addizzjonali.
  • li jipprovdi lill-interns opportunità biex jitgħallmu mill-komunità tan-NATO u jiksbu fehim aħjar u fehma aktar ibbilanċjata tal-Organizzazzjoni.
  • li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ forza tax-xogħol aktar diversa.
  • li jikber il-fehim tan-NATO fil-pajjiżi tal-Alleanza.

X’toffri n-NATO?

  • L-interns se jibbenefikaw billi jesperjenzaw organizzazzjoni internazzjonali minn ġewwa filwaqt li jissostanzjaw il-Curriculum Vitae tagħhom.
  • L-internships huma offruti fid-Diviżjonijiet tan-NATO.

Rimunerazzjoni

  • L-interns jirċievu somma kull xahar. Is-salarju mhux eżentat mit-taxxa.
  • L-interns se jiġu rimborżati għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom meta jidħlu fil-kariga u meta jitilqu mis-servizz abbażi ta’ biljett ekonomiku bir-ritorn u għal ammont sa massimu ta’ €1,200.

Min jista’ japplika?

Biex tkun eliġibbli trid tkun student jew gradwat reċenti (sena) bi:

  • Età: ikollok aktar minn 21 sena fiż-żmien tat-traineeship (għal finijiet ta’ assigurazzjoni)
  • Nazzjonalità: tkun ċittadini ta' Stat Membru tan-NATO
  • Studji: mill-anqas sentejn ta’ studju universitarju jew ekwivalenti u rreġistrat fit-tielet sena tiegħek 
  • Lingwi: għandek tkun taf sew waħda mil-lingwi uffiċjali tan-NATO (Ingliż/Franċiż); mixtieq l-għarfien operazzjonali tal-lingwa l-oħra.
  • L-interns huma meħtieġa li jkollhom kopertura ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, u li jieħdu ħsieb tal-formalitajiet mal-awtoritajiet Belġjani rigward is-soġġorn tagħhom fil-Belġju.

L-interns kollha se jeħtieġu approvazzjoni tas-sigurtà mill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom qabel ma jaħdmu fin-NATO.
 
Is-sejħiet għall-Internships huma normalment miftuħin f’Marzu bi skadenza ġeneralment f’April. Jekk jogħġbok iċċekkja s-sit web tan-NATO biex tkun taf aktar. 
 
Tista’ wkoll tibbrawżja l-postijiet vakanti fin-NATO (inklużi t-traineeships).
 
Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi sħab tan-NATO (PFP/EAPC) jistgħu jikkuntattjaw lid-Delegazzjoni tagħhom fil-Kwartieri Ġenerali tan-NATO direttament għall-informazzjoni dwar internships potenzjali fi ħdan id-Delegazzjoni.