Skip to main content
Picture of 3 boys and 3 girls smiling, with the logo of the YEP programme © European Commission 2022

Ingħaqad mal-Programm Politiċi Eletti Żgħażagħ 2022!

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tlieta, 01/03/2022

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għas-sħubija fil-programm YEP 2022 issa tinsab miftuħa sat-8 ta’ April!

Inti politiku b’mandat fil-livell lokali jew reġjonali fl-UE, imwieled wara l-1 ta’ Jannar 1982? Lest li toħloq network, tiskambja l-aħjar prattiki, tikseb informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE, tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), u tiltaqa’ u tiddibatti mal-membri tal-KtR u ma’ politiċi lokali, reġjonali u Ewropej oħrajn? 


Allura toqgħodx lura milli tapplika biex tingħaqad man-network tal-Politiċi Eletti Żgħażagħ (YEP)! Din hi l-opportunità biex taqsam u tintegra aktar is-suġġetti u l-politiki ta’ interess tiegħek. Barra minn hekk, se jkollok l-opportunità li tipparteċipa f’diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni relatati mal-programm.


Il-programm YEP 2022 se jikkontribwixxi għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u hu strutturat madwar tliet suġġetti:

  • It-twassil tal-Ewropa biex din tkun eqreb lejn in-nies tagħha - biex jgħinek tibni pontijiet bejn il-belt u r-reġjun tiegħek u l-UE, se jispirak dwar kif trawwem id-demokrazija, u se jippermettilek issib modi kif tinvolvi liż-żgħażagħ fid-diskussjoni demokratika u fil-ħajja lokali.
  • Il-bini ta’ kommunitajiet reżiljenti - biex jagħtik għarfien aktar profond dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex tispira u tkun ispirat mill-proġetti ta’ YEPs bħalek, ta’ membri tal-KtR u ta’ politiċi oħrajn. 
  • Il-koeżjoni bħala valur fundamentali - biex titgħallem dwar il-finanzjament għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex tifhem kif il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u l-iżvilupp tal-belt u r-reġjun tiegħek, u biex taqsam l-aħjar prattiki ma’ YEPs u ma’ politiċi oħrajn.

Il-programm se jdum sar-rebbiegħa tal-2023, b’attivitajiet skedati matul is-sena.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kriterji ta’ selezzjoni, dwar kif tapplika u l-lista ta’ attivitajiet, iċċekkja s-sit web hawnhekk. Jekk int interessat, toqgħodx lura milli tapplika, kif ukoll li ssegwi #YoungLocalLeaders