© European Commission, 2021
Tnedija tal-paġna tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ!
L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 12/01/2022
Is-Sena t-Tajba u awguri għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022! It-taqsima ddedikata għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ sa fl-aħħar tinsab online, għalhekk, idħol u ara x'għandha għalik is-Sena!
B’ħafna opportunitajiet biex titgħallem, taqsam, tiskopri l-viżjonijiet tal-oħrajn u tieħu sehem f’attivitajiet fl-Ewropa kollha, il-paġna tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ hija l-post fejn għandek tkun!
Minbarra li ssib informazzjoni dwar l-inizjattiva tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 u kif l-UE għandha l-għan li tonora u tappoġġja liż-żgħażagħ Ewropej, tista’ tibbrawżja wkoll fl-avvenimenti u l-attivitajiet fl-Ewropa kollha relatati mas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, fil-mappa interattiva tal-attivitajiet.
Fit-Taqsima tal-Aħbarijiet, se ssib l-aħħar aħbarijiet dwar iż-żgħażagħ Ewropej, u t-taqsima Ilħna taż-Żgħażagħ Ewropej se tippermettilek tesplora x’għandhom jgħidu l-ġurnalisti żgħażagħ Ewropej, kif ukoll tispira ruħek miż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha, taqra l-fehmiet u t-tamiet tagħhom għall-futur.
Taqsima dwar il-politika taż-Żgħażagħ tinsab ukoll fi triqitha, fejn se tkun tista’ ssib il-politiki Ewropej eżistenti u ġodda kollha relatati maż-żgħażagħ, biex tara aħjar x’qed tagħmel l-Ewropa għalik.
L-attivitajiet tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u l-kontenut tal-paġni se jkomplu jikbru hekk kif tkompli s-sena. Għalhekk, toqgħodx lura milli tiġi regolarment u tiċċekkjah!