Skip to main content
© European Union, 2021 © European Union, 2021

Korsijiet ġodda fuq it-Taħriġ Online Ġenerali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà!

L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 04/08/2021

Dan l-aħħar iċċekkjajt it-Taħriġ Online Ġenerali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà? Jista’ jkun li ma ndunajtx li hemm kontenut ġdid offrut! Gawdi l-aħħar korsijiet avvanzati dwar l-ewwel għajnuna psikoloġika, l-għajnuna umanitarja u l-ġestjoni tal-proġetti.

It-Taħriġ Online Ġenerali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà diġà kien disponibbli bi 28 lingwa għal xi żmien. Iżda peress li qatt ma jista’ jkollok wisq minn ħaġa tajba, żidna tliet korsijiet avvanzati addizzjonali għalikom kollha li intom irreġistrati fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Iċċekkja dawn it-tliet korsijiet dwar is-suġġetti li ġejjin:

  • L-Għajnuna Umanitarja: Lil hinn mill-prinċipji bażiċi. Tiftakar Rodja, li taħdem bħala ħaddiema tal-għajnuna umanitarja? L-avventuri ġodda tagħha fil-qasam se jesploraw ir-rabtiet bejn l-għajnuna umanitarja, il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-iżvilupp, u t-tifsira vera ta’ “reżiljenza”.
  • Ġestjoni tal-proġett 2.0: Inħalli impatt. Dan huwa speċjalment għalik, int li tħobb il-proġetti! Ingħaqad ma’ Ingvild f’dan il-kors avvanzat biex titgħallem dwar il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġett u għodod oħra biex twettaq il-proġett tiegħek kif ukoll kif toħloq bidla pożittiva fil-komunità tiegħek.
  • Ħiliet tal-Ewwel Għajnuna Psikoloġika: Ħafna minna jridu jgħinu lil ħaddieħor, iżda mhux dejjem ikun faċli li dan isir kif suppost. Ingħaqad ma’ Alexandra fit-tfittxija l-ġdida tagħha bħala ħaddiema tal-għajnuna umanitarja, fejn se titgħallem kif tgħin lin-nies filwaqt li tirrispetta s-sikurezza, id-dinjità u d-drittijiet tagħhom.

Ingħaqad magħna f’dawn il-korsijiet u ħafna aktar biex titgħallem ħiliet ġodda u segwi l-passjoni tiegħek!

Għadek ma rreġistrajtx fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà? Tistenniex aktar, iżda oħloq il-profil tiegħek biex taċċessa dawn il-korsijiet u ħafna oħrajn.