Skip to main content
©European Union

X’qed tagħmel l-UE għaż-żgħażagħ fis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ?

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħadd, 01/05/2022

Bħala parti mis-Sena taż-Żgħażagħ, attivitajiet, konferenzi u inizjattivi għaż-żgħażagħ huma ppjanati fil-pajjiżi kollha tal-UE. Dan l-artiklu tal-Euronews joffri crash course f’xi wħud mill-programmi li l-UE qed tiffinanzja bħala parti mill-attivitajiet tagħha matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ.

L-UE ddikjarat l-2022 bħala s-Sena taż-Żgħażagħ, u qalet li hi b’rikonoxximent tas-sagrifiċċji li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għamlet matul il-pandemija. 

Bħala parti mis-Sena taż-Żgħażagħ, attivitajiet, konferenzi u inizjattivi għaż-żgħażagħ huma ppjanati fil-pajjiżi kollha tal-UE. Se jkun hemm enfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet. 

Se jkun hemm ukoll aktar sforzi biex il-prijoritajiet taż-żgħażagħ jiġu inklużi fl-oqsma ta’ politika rilevanti tal-UE u fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. 

L-inizjattiva ewlenija tas-Sena taż-Żgħażagħ hi l-programm ALMA li joffri liż-żgħażagħ minn sfondi żvantaġġati li m’għandhomx impjieg l-opportunità ta’ esperjenza ta’ xogħol fi Stati Membri oħrajn. 

Aqra l-artiklu sħiħ