Dinja aħjar
Vaiva, Il-Litwanja, Age 10Nittama li l-bnedmin kollha jifhmu kemm id-dinja hi mniġġsa u se jibdew jimpedixxu dan.
Irrid arja aktar nadifa, ebda tniġġis, ebda abbuż fuq l-annimali. Irrid ukoll ħajja aħjar għan-nies li jgħixu fil-Korea ta’ Fuq jew fil-Belarussja. Irrid li dawn ikunu ħielsa u jgħixu ħajja aħjar milli qed jgħixu issa, minħabba li attwalment jinsabu jbatu mill-presidenti tagħhom. Irrid li kulħadd ikun ġentili mal-oħrajn u ma jagħmilx gwerer, għax il-gwerra mhi tajba għal ħadd.
Naħseb li d-dinja fil-futur se tkun imniġġsa, se jkun hemm anqas boskijiet u siġar u ħafna affarijiet li r-robots se jagħmlu għall-bnedmin. L-arja mhix se tkun nadifa u l-ilma fix-xmajjar u fl-oċeani se jkun verament imniġġes u se jkun hemm aktar skart milli hemm bħalissa.
Jekk inkun waħdi biex nagħmel dan ma nista’ nagħmel xejn, iżda jekk id-dinja tingħaqad flimkien, nibdlu l-futur li kulħadd jaħseb li se jkun ħażin. Jekk m’għandix verament bżonn immur xi mkien bil-karozza, nista’ nimxi, jew nuża rota, scooter, jew it-trasport pubbliku, għax meta l-karozza tistartja din tarmi l-gass u tibdel l-arja f’waħda mhix friska u aktar tard tħalli riħa tinten. Nixtri boroż, pakketti jew straws li huma magħmulin minn karta jew materjal ieħor li huma tajbin għan-natura. Nirrispettaw id-dinja, ma nkomplux inniġġsuha, flimkien, nistgħu nibdlu l-futur.
Sensazzjoni
Meta naħseb dwar il-futur, inħossni inkwetata li l-flora u l-fawna se jisparixxu mid-dinja. U nittama li kollox imur tajjeb.
Influwenza
Waħdi ma nista’ nagħmel xejn; għalhekk, hu importanti ħafna li n-nies kollha jifhmu l-periklu u jaġixxu flimkien. Nista’ naqsam l-informazzjoni dwar it-tniġġis ambjentali fil-media soċjali sabiex aktar nies jifhmu x’jista’ joħloq il-periklu ambjentali fil-futur.
Updated on L-Erbgħa, 09/02/2022