Skip to main content

DiscoverEU

Jekk għandek 18-il sena u resident f’pajjiż tal-Programm Erasmus+, wasal iż-żmien li tespandi ż-żona li fiha tħossok komdu.

Finding new teammates starts here

DiscoverEU

Bħalissa ċ-ċiklu ta’ applikazzjonijiet huwa magħluq. Hemm żewġ ċikli ta’ applikazzjonijiet fis-sena, wieħed fir-rebbiegħa u wieħed fil-ħarifa. Oqgħod attent għal dan l-ispazju sabiex tkun tista’ tapplika fiċ-ċiklu li jmiss!

Għandek 18-il sena u int resident ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Erasmus+? Ipprepara ruħek biex tesplora l-Ewropa! 

X’inhi DiscoverEU?

DiscoverEU hi azzjoni tal-programm Erasmus+ li toffrilek l-opportunità li tesplora d-diversità tal-Ewropa, titgħallem dwar il-wirt kulturali u l-istorja tagħha, u tikkonnettja ma’ nies mill-kontinent kollu.  

Se tiġi offrut pass tal-ivvjaġġar u se tivvjaġġa b’mod predominanti bil-ferrovija. Iċċekkja r-regoli għan-nies li jgħixu fil-gżejjer jew f’żoni remoti.

Bħala vjaġġatur magħżul, se tirċievi Karta Ewropea taż-Żgħażagħ ta’ DiscoverEU għal ħafna skontijiet fuq żjarat kulturali, attivitajiet ta’ tagħlim, sport, trasport lokali, akkomodazzjoni, u ikel.

Kif taħdem?

Biex tkun eliġibbli, trid:

  • ikollok 18-il sena fl-ewwel jum tal-perjodu tal-ivvjaġġar;
  • timla n-numru korrett tal-karta tal-identità (ID), tal-passaport jew tal-karta ta’ residenza fuq il-formola tal-applikazzjoni online;
  • tkun ċittadin jew resident* ta’ wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: 
    • wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea inklużi l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (PTEE), jew      
    • wieħed mill-pajjiżi terzi assoċjati mal-programm tal-Erasmus+: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, is-Serbja, u t-Turkija. 

* Għal aktar informazzjoni ara t-taqsima tar-Regoli “2. Applikanti eliġibbli”

Imbagħad trid tipparteċipa fi kwiżż (sakemm ma tapplikax bħala membru ta’ grupp).

Jekk għandek diżabbiltà jew problema ta’ saħħa li tagħmel l-ivvjaġġar tiegħek diffiċli, tirċievi assistenza u appoġġ. Iċċekkja l-FAQ C.13 tagħna biex issir taf aktar.

Nista’ nivvjaġġa ma’ sħabi?

Iva, tista'! Tista’ tmur waħdek jew iżżid sa 4 iħbieb fil-grupp tiegħek jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà t’hawn fuq. Huma se jużaw il-kodiċi tal-applikazzjoni tiegħek biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom stess. Ara l-FAQs minn B.5 sa B.11 tagħna biex issir taf aktar.

Tista’ wkoll tikkombina pjanijiet tal-ivvjaġġar ma’ vjaġġaturi oħrajn ta’ DiscoverEU! Il-Grupp ta’ Facebook ta’ DiscoverEU hu pjattaforma tajba biex tagħmel dan. Ingħaqad mal-Grupp issa biex tiċċettja ma’ parteċipanti oħrajn.

Ladarba tintgħażel, l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ se jgħinuk tikkonnettja u titgħallem, torganizza laqgħat ta’ qabel it-tluq u Meet-ups mal-vjaġġaturi. 

Aqsam l-esperjenzi

Il-parteċipanti magħżulin awtomatikament isiru Ambaxxaturi ta’ DiscoverEU. Bħala ambaxxatur, aħna nistednuk taqsam l-esperjenzi tal-ivvjaġġar tiegħek fuq il-media soċjali billi tuża #DiscoverEU. Tista’ anki tiddeċiedi li tagħti preżentazzjoni fl-iskola tiegħek jew fil-komunità lokali tiegħek.

Nixtieq inkun naf aktar!

Interessat fir-rounds preċedenti ta’ applikazzjonijiet? Iċċekkja l-iskedi informattivi ta’ DiscoverEU biex taqra aktar dwar l-azzjoni u l-esperjenzi ta’ xi wħud mill-vjaġġaturi żgħażagħ ta’ DiscoverEU.

L-Ewropa qed tistenniek. Ħu l-ewwel pass.     

 

Video TedX ta’ ispirazzjoni minn Vincent-Immanuel Herr