Skip to main content
© rapapaper_ © rapapaper_

X’għandek tkun taf għall-ivvjaġġar tiegħek tad-DiscoverEU qabel ma tippakkja!

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 08/02/2024

L-Ewropa hija mimlija b’nies biex niltaqgħu magħhom, b’kultura biex nesperjenzaw, b’lingwi x’nitgħallmu u storja x’niskopru. Biex ngħinuk tibda, qed naqsmu pariri dwar l-ivvjaġġar aċċessibbli u pariri prattiċi, li jgħinuk fit-triq.

Qabel ma tivvjaġġa

Innaqqsu ċ-ċans ta’ sorpriżi! Ipprova bbukkja l-vjaġġ tiegħek minn qabel u għalhekk ikollok biżżejjed ħin biex tirriċerka l-aċċessibbiltà fil-post li trid iżżur u fl-inħawi tiegħu.

Iktar ma tkun organizzat u mħejji għall-vjaġġ tiegħek, inqas tistressa ruħek minħabba li se tkun taf x’se tistenna. Ara li jkollok pjan lest f’każ li jkun hemm bżonn.

X’għandek tkun taf dwar il-vjaġġ tiegħek

  • Kun ċert li żżomm ħwejġek siguri u li tkun taf drittijietek bħala passiġġier. 
  • Ħu ħsieb lilek innifsek, ġib il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa. 
  • Aġixxi b’mod sostenibbli, ixtri flixkun tal-ilma li jista’ jerġa’ jintuża biex tevita skart eċċessiv.
  • Ħu l-ħin tiegħek, tmurx kullimkien bl-għaġla u żomm kont tal-infiq tiegħek. 
  • U naturalment, afda lilek innifsek, taf aktar milli taħseb. Iltaqa’ man-nies lokali u tgħallem aktar dwar il-kultura tagħhom, ipprova ikel ġdid u skopri t-toroq mhux tas-soltu, qatt ma taf x’tista’ tiskopri!

Żomm kollox sigur

It-tħejjija hija essenzjali biex jiġi minimizzat ir-riskju. Kun ċert li tirriċerka d-destinazzjonijiet tiegħek sew, tibbukkja l-akkomodazzjoni kollha tiegħek minn qabel u żomm kopji żejda, stampati tar-riservazzjonijiet kollha u ta’ dokumenti importanti oħra għal li jista' jkun. Għandek ukoll iżżomm lil familtek u lil ħbiebek infurmati dwar l-itinerarju sħiħ tiegħek sabiex ikunu jafu fejn tinsab f’kull ħin. Jekk ikun possibbli, l-aħjar li tivvjaġġa fi grupp ta’ nies li taf u tafda biex tkunu tistgħu twennsu lil xulxin. Tinsiex tippakkja wkoll kit tal-ewwel għajnuna! L-aktar importanti, oqgħod attent għall-ambjent li tkun fih u uża l-ġudizzju tiegħek fil-konfront ta’ kwalunkwe ħaġa suspettuża. 

Id-dokumenti u l-lista ta’ kontroll tiegħek

Tista’ ma tkunx l-aktar parti eċċitanti tal-vjaġġ, iżda x-xogħol amministrattiv huwa wieħed mill-aktar aspetti importanti. Kun ċert li ma tħalli l-ebda dokument kruċjali d-dar billi timmarkahom fuq il-lista ta’ kontroll tad-dokumenti tagħna! Tinsiex ukoll tiċċekkja l-A-Z tat-tħejjija għad-DiscoverEU. 

Tlaqna! L-avventura qed tistenna! 

Id-DiscoverEU hu li tħaddan pajjiżi u kulturi ġodda, titlaq mill-ambjent komdu tiegħek u tipprova affarijiet ġodda. Allura għala ma tittestjax int stess il-ħoss kostanti tar-roti fuq il-binarji, il-faxxinu irreżistibbli li jiġi meta tkun bilqiegħda maġenb it-tieqa filwaqt li taħseb dwar il-misteri tal-univers, is-sodisfazzjon li tkun tista’ taqra mingħajr sturdament.

U taf x’jgħidu, il-vjaġġ innifsu huwa d-destinazzjoni, allura għaliex ma tiskoprix l-Ewropa billi tgħaddi minn uħud mill-aktar rotot ferrovjarji attraenti?

Pakkett ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għad-dispożizzjoni tiegħek:

a) Gwida għar-regoli/l-ispeċifikazzjonijiet tad-DiscoverEU fil-forma ta’ infografika

b) Ħwejjeġ li wieħed jara u jagħmel waqt li jkun qed jivvjaġġa

Gwida biex tingħata ispirazzjoni lill-vjaġġaturi dwar fejn imorru u x’għandhom jagħmlu f’toroq mhux tas-soltu, l-ivvjaġġar barra mill-istaġun, il-kultura virtwali, il-linji ferrovjarji, eċċ.

c) Pariri siewja għall-ivvjaġġar

d) Punti ta’ referenza

e) Mistoqsijiet frekwenti dwar is-Sikurezza

f) Kif għandek tħejji ruħek

g) Il-passi li jmiss