Skip to main content

DiscoverEU

Jekk għandek 18-il sena u resident f’pajjiż tal-Programm Erasmus+, wasal iż-żmien li tespandi ż-żona li fiha tħossok komdu.

Is-sejba ta’ sħab ġodda tat-tim tibda hawnhekk

Ir-rotta ekoloġika tad-DiscoverEU

Qed tippjana kif se tqassam il-vjaġġ tiegħek tad-DiscoverEU u għandek bżonn ispirazzjoni? Jinteressak dak li għandhom x’joffru l-aktar bliet sostenibbli fl-Ewropa?

Esplora t-taqsimiet differenti ta’ din il-mappa biex issir taf b’postijiet impressjonanti li, minbarra li huma sbieħ biex iżżurhom, jipproteġu l-ambjent. 

Xi wħud minn dawn il-bliet ġew ippremjati għall-isforzi tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent: ir-rebbieħa tat-titli tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa u tal-Green Leaf. Bliet oħrajn għandhom l-aqwa ġonna ħodor u riżervi naturali fl-Ewropa, jew wettqu proġetti ffukati fuq li jsiru post aktar ekoloġiku u aktar sostenibbli. Diversi bliet huma parti mill-“Missjoni tal-Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti”, li għandhom l-għan li sal-2030 jkunu laħqu n-newtralità klimatika u b’hekk iservu ta’ eżempju għall-bliet l-oħrajn kollha fl-Ewropa.

Id-DiscoverEU tiċċelebra l-fatt li wieħed jara l-aħjar tal-Ewropa b’mod sostenibbli – huwa għalhekk li se tivvjaġġa prinċipalment bil-ferrovija, peress li t-tren huwa wieħed mill-mezzi tat-trasport li jniġġsu l-inqas. Fil-fatt, kont taf li l-ferrovija hija l-uniku mezz tat-trasport li fl-aħħar ftit snin naqqas l-emissjonijiet tas-CO2 kważi kontinwament? 

Mod ieħor kif tkun ekoloġiku huwa li tapplika l-pariri tagħna waqt li tkun qed tivvjaġġa!

L-ikoni fuq il-mappa huma magħmulin minn svg icons u liċenzjati minn CC BY 4.0. 
Didaskalija tal-mappa:
  • Weraq ħodor - bliet ekoloġiċi
  • Weraq kannella - bliet konnetturi