© European Union
“Re-open EU”: pjattaforma online biex jerġa’ jitnieda t-turiżmu fl-Ewropa
L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 30/09/2020
Sabiex tippjana b’mod sikur xi vaganza fl-Ewropa kollha, il-Kummissjoni Ewropea nediet “Re-open EU”, pjattaforma online li tipprovdi informazzjoni aġġornata li tkun ġejja mill-Istati Membri.
Għandi nilbes maskra? Il-fruntieri huma miftuħin? Nista’ naqbad ajruplan biex nasal fid-destinazzjoni tiegħi?
Attwalment, dawn it-tipi ta’ mistoqsijiet huma okkorrenza ta’ kuljum u jista’ jkun ikkumplikat li tinstab informazzjoni affidabbli peress li r-regoli adottati fil-pajjiżi tal-UE huma varji.
Dan huwa meta tista’ tirrikorri għal “Re-open EU”, li tirrappreżenta għodda mill-aqwa għat-turisti. Il-pjattaforma online li tnediet dan l-aħħar tipprovdi informazzjoni dwar il-fruntieri, il-mezzi ta’ trasport, ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, il-miżuri ta’ saħħa pubblika u s-sikurezza bħal tbegħid fiżiku jew l-ilbies tal-maskri.
Il-vjaġġaturi jistgħu faċilment jagħżlu d-destinazzjoni tagħhom bis-saħħa ta’ mappa interattiva u jiskopru aġġornamenti dwar miżuri nazzjonali.
Il-kontenut ta’ spiss jiġi aġġornat u disponibbli f’24 lingwa.
Iċċekkja s-sit web “Re-open EU” u lesti biex tibbukkja l-vjaġġ Ewropew tiegħek li jmiss.