Skip to main content
young people together in a room © European Union

Konsultazzjonijiet preċedenti marbutin mad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ġimgħa, 23/05/2025

Id-djalogu ilu għaddej snin sħaħ! Aqra dwar iċ-ċikli preċedenti tad-djalogu strutturat u dwar id-djalogu maż-żgħażagħ li għaddej bħalissa!

 

Id-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ hu s-suċċessur tad-djalogu strutturat maż-żgħażagħ li nħoloq fl-ambitu tal-istrateġija tal-UE dwar iż-żgħażagħ għall-perjodu 2010-2018. Kull ċiklu tad-djalogu maż-żgħażagħ jieħu 18-il xahar, u wara dan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta riżoluzzjoni li tenfasizza r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jirriżultaw. B’dan il-mod, l-eżiti jintużaw biex jinkludu l-fehmiet taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. 

 

Id-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, l-10 ċiklu (għaddej bħalissa)

1 ta’ Lulju 2023 - 31 ta’ Diċembru 2024

It-tema: “Liż-żgħażagħ għandna bżonnhom”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: Spanja, il-Belġju, u l-Ungerija

Ir-rapport finali tal-Konferenza Ewropea dwar iż-Żgħażagħ - bl-Ingliż

 

Id-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, id-9 ċiklu

1 ta’ Jannar 2022 - 30 ta’ Ġunju 2023

It-tema: “Nimpenjaw ruħna flimkien favur Ewropa sostenibbli u inklużiva”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: Franza, ir-Repubblika Ċeka, u l-Iżvezja

Ir-rapport finali tal-Konferenza Ewropea dwar iż-Żgħażagħ - bl-Ingliż (disponibbli wkoll bil-Franċiż)

 

Id-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, it-8 ċiklu

1 ta’ Lulju 2020 - 31 ta’ Diċembru 2021

“L-Ewropa għaż-żgħażagħ – iż-żgħażagħ għall-Ewropa: Spazju għad-demokrazija u għall-parteċipazzjoni” 

Il-pajjiżi tal-Presidenza: il-Ġermanja, il-Portugall, u s-Slovenja

L-eżiti: Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti finali ġew aċċettati fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-Eżiti tat-8 Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, li ġiet adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

 

Id-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, is-7 ċiklu 

1 ta’ Jannar 2019 - 30 ta’ Ġunju 2020

It-tema: “Noħolqu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: Ir-Rumanija, il-Finlandja, u l-Kroazja. 

L-eżiti: Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti finali ġew aċċettati fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-eżiti tas-7 Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

 

Id-djalogu strutturat, is-6 ċiklu

1 ta’ Lulju 2017 - 30 ta’ Diċembru 2018

It-tema: “Iż-żgħażagħ fl-Ewropa: Xi jmiss?”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: L-Estonja, il-Bulgarija, u l-Awstrija 

L-eżiti: Dan iċ-ċiklu kien ikkaratterizzat mill-adozzjoni ta’ 11-il Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ li huma ppreżentati bħala Anness fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Dawn l-għanijiet jirriflettu l-opinjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa u jirrappreżentaw il-viżjoni ta’ dawk li huma attivi fid-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ. 

 

Id-djalogu strutturat, il-5 ċiklu

1 ta’ Jannar 2016 - 30 ta’ Ġunju 2017

It-tema: “Nippermettu liż-żgħażagħ kollha jimpenjaw ruħhom f’Ewropa varjata, konnessa, u inklużiva. Lesti għall-ħajja, lesti għas-soċjetà”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: In-Netherlands, is-Slovakkja, u Malta.

L-eżiti: Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti finali ġew adottati fil-laqgħa tal-Kunsill (Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ, u Sport) fi Brussell fit-22 u t-23 ta’ Mejju 2017. F’dan iċ-ċiklu l-isforzi biex ikun hemm estensjoni lejn tipi ġodda ta’ organizzazzjonijiet jibdew juru effetti pożittivi, b’żieda fin-numru tal-korpi pubbliċi u organizzazzjonijiet ċivili involuti.

 
Id-djalogu strutturat, ir-4 ċiklu

1 ta’ Lulju 2014 - 31 ta’ Diċembru 2015

It-tema: “L-awtonomija taż-żgħażagħ”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: L-Italja, il-Latvja, u l-Lussemburgu.

 

id-djalogu strutturat, it-3 ċiklu

1 ta’ Jannar 2013 - 30 ta’ Ġunju 2014

It-tema: “L-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: L-Irlanda, il-Litwanja, u l-Greċja

 

Id-djalogu strutturat, it-2 ċiklu

1 ta’ Lulju 2011 - 31 ta’ Diċembru 2012

It-tema: “Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: Ċipru, id-Danimarka, u l-Polonja

 

Id-djalogu strutturat, l-1 ċiklu 

1 ta’ Jannar 2010 – 30 ta’ Ġunju 2011

It-tema: “L-impjiegi taż-żgħażagħ”

Il-pajjiżi tal-Presidenza: L-Ungerija, il-Belġju, u Spanja

L-eżiti: Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti finali ġew aċċettati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Promozzjoni tal-Impjiegi taż-Żgħażagħ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 u fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ.