Skip to main content
© European Union, 2021 © European Union, 2021

Kun parti mill-Isfida tal-Patt Klimatiku għaż-Żgħażagħ

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tnejn, 09/08/2021

Għandek idea fil-qasam tal-azzjoni klimatika u teħtieġ appoġġ biex timplimentaha? Mela ngħaqad mal-Isfida tal-Patt Klimatiku għaż-Żgħażagħ!

L-Isfida tal-Patt Klimatiku għaż-Żgħażagħ hi ċ-ċans tiegħek li tagħmel differenza fit-tranżizzjoni ekoloġika billi tikkonnettja ma’ oħrajn biex toħloq flimkien ideat għall-proġetti innovattivi ta’ involviment taż-żgħażagħ fil-qasam tal-azzjoni klimatika. 

L-Isfida hi parti mill-Patt Klimatiku Ewropew imniedi mill-Kummissjoni Ewropea.

Min jista’ jippartċipa?

Iż-żgħażagħ kollha bejn il-15 u t-30 sena mill-Ewropa kollha. Mhi meħtieġa ebda esperjenza. Kulħadd hu mistieden jissieħeb fl-isfida sal-20 ta’ Settembru.

Kif tipparteċipa

Sib idea għall-proġett biex tissieħeb fiċ-Ċentru Komunitarju jew biex tibda wieħed ġdid. Agħmel kuntatt ma’ oħrajn u oħloq video qasir sat-30 ta’ Settembru. Tista’ tissottometti kemm trid ideat għall-proġetti. 

L-ideat għall-proġetti għandhom jindirizzaw wieħed minn dawn l-erba’ suġġetti:

  • Appoġġ għall-Ambaxxaturi Żgħażagħ tal-Patt Klimatiku
  • Tisħiħ tal-azzjoni klimatika individwali
  • Żieda fl-involviment taż-żgħażagħ fil-politika dwar il-klima
  • Edukazzjoni għall-azzjoni klimatika

L-aħjar ideat għall-proġetti se jiġu ppreżentati lill-Viċi President Eżekuttiv Frans Timmermans fil-11 ta’ Ottubru u t-timijiet kollha se jkollhom l-opportunità li jikkonnettjaw mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jistgħu jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-ideat għall-proġetti tagħhom.

Id-dettalji kollha huma disponibbli hawnhekk.