Skip to main content

Il-Kummissarju Mariya Gabriel tniedi l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ il-ġdid!

L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 14/05/2025

Messaġġ bil-video mill-Kummissarju Mariya Gabriel (Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ)

Illum qegħdin inniedu l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ il-ġdid.

Issa, sempliċiment bi klikk wieħed, int se ssib l-informazzjoni kollha li qed tfittex.

Dan hu l-one-stop-shop tiegħek:

  • biex issib aktar dwar il-programmi u l-inizjattivi tagħna bħall-Erasmus+, id-DiscoverEU, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-Istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ u d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ;
  • biex issib dwar l-opportunitajiet ta’ studju, taħriġ u volontarjat barra pajjiżek;
  • biex issib stejjer ta’ ispirazzjoni ta’ ex-parteċipanti u avvenimenti li qed iseħħu madwarek.

L-informazzjoni kollha se tingħatalek fi 28 lingwa!

Barra minn hekk, dalwaqt se joffri spazji kollaborattivi u ta’ networking - għall-parteċipanti kif ukoll għall-partijiet ikkonċernati.

Nistiednek tesplora dan il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ li għadu kif iġġedded.

Kollu tiegħek!

Il-Kummissarju Mariya Gabriel

 

Portal dinamiku u multilingwi li jispira u jipprovdi l-aħħar informazzjoni u opportunitajiet fil-livell Ewropew liż-żgħażagħ u lill-partijiet ikkonċernati taż-żgħażagħ li jgħixu, jitgħallmu u jaħdmu fl-Ewropa.

Wasal iż-żmien għal bidla! Abbażi tal-feedback tiegħek, irrevedejna l-kontenut, l-istruttura, id-disinn u t-tqassim kollu tagħna biex nipprovdulek esperjenza ġdida, dinamika, faċli għall-utent u aċċessibbli!

X’tista’ ssib hawnhekk?

L-informazzjoni disponibbli hi wiesgħa ħafna, u tvarja minn inizjattivi Ewropej differenti għaż-żgħażagħ sa informazzjoni dwar il-politiki taż-żgħażagħ. Tista’ ssib kontenut prattiku dwar kif tinvolvi ruħek fi proġetti differenti, kif issib opportunitajiet biex tmur barra minn pajjiżek, taqra stejjer ta’ ispirazzjoni, l-aħħar aħbarijiet u avvenimenti li jiġru madwarek.

  • Qed tfittex informazzjoni affidabbli?
  • Qed tfittex opportunitajiet biex taħdem, titħarreġ, tistudja u tagħmel volontarjat barra minn pajjiżek jew f’pajjiżek?
  • Tixtieq tkun ispirat minn żgħażagħ oħrajn?

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ hu t-tweġiba, sempliċiment ibbrawżjah u esplora l-informazzjoni u l-opportunitajiet li jistgħu jissodisfaw l-interess tiegħek. 

Jekk teħtieġ aktar appoġġ, jew jekk tixtieq taqsam xi feedback, ikkuntattjana u nkunu kuntenti biex ngħinuk aktar.

Bħalissa, il-kontenut għadu limitat iżda se jiġi estiż fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Ħu gost u xerred l-aħbar! 

 

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ hu inizjattiva tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea u n-Network tal-Eurodesk jieħdu ħsieb il-kontenut ta’ dan is-sit web.