Skip to main content

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: Panels taċ-Ċittadini Ewropej

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ġimgħa, 22/10/2021

Ara l-Panels taċ-Ċittadini Ewropej, fejn iċ-ċittadini għandhom l-opportunità li jiddiskutu l-futur tal-Unjoni Ewropea.

Panel 1, sessjoni 2 – “Ekonomija aktar b’saħħitha, ġustizzja soċjali u impjiegi / żgħażagħ, sport, kultura u edukazzjoni / trasformazzjoni diġitali” – se jsir fil-5 ta’ Novembru 2021. 

Dan il-panel se

  • jindirizza l-futur tal-ekonomija u l-impjiegi
  • jittratta l-opportunitajiet u l-isfidi relatati mat-trasformazzjoni diġitali
  • jiddibatti l-futur tal-Ewropa fl-oqsma taż-żgħażagħ, l-isport, il-kultura u l-edukazzjoni

Iċċekkja l-kalendarju sħiħ hawnhekk

Segwi l-Panels taċ-Ċittadini online

Skopri aktar dwar is-suġġetti tal-Panels u ara l-Panels taċ-Ċittadini Ewropej – passati u futuri – online!

Ingħaqad fid-dibattitu

Tista’ tipparteċipa fil-Konferenza billi tixxerja l-ideat tiegħek dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa u tiddiskuti l-ideat tal-oħrajn!

Ħu sehem f’avveniment jew organizza wieħed online jew wiċċ imb wiċċ biex issemma’ leħnek.