Skip to main content

Skopri l-pjattaforma l-ġdida tal-Europass!

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 01/10/2020

Kemm jekk qed tfittex xogħol fl-Ewropa jew tixtieq titgħallem xi ħaġa ġdida, il-Europass se jipprovdilek l-għodda kollha li teħtieġ.

Il-pjattaforma l-ġdida tal-Europass, li tnediet fl-1 ta’ Lulju, hi disponibbli b’29 lingwa għall-Ewropej li huma lesti li jiffokaw fuq l-iżvilupp professjonali tagħhom. 

Bl-użu ta’ din l-għodda, se jkollok iċ-ċans li ssib korsijiet interessanti qrib fejn tinsab, biex tespandi l-għarfien tiegħek u biex tikseb pariri dwar l-istudju, it-taħriġ u l-volontarjat.

Bis-saħħa tal-Portafoll elettroniku tal-Europass, se tkun tista’ timmaniġġja l-applikazzjonijiet tiegħek u tkun kompletament appoġġjat fil-proċess ta’ ħolqien ta’ CVs u ittri ta’ akkumpanjament. 

Abbażi tal-profil, l-interessi u l-ħiliet tiegħek, il-Europass se jissuġġerrilek direttament l-impjiegi, iqabbdek ma’ impjegaturi futuri u jagħtik informazzjoni differenti dwar l-ippjanar tal-karriera tiegħek u x-xogħol barra pajjiżek. 

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, l-għodda bla ħlas tal-kredenzjali diġitali se tippermetti li l-istituzzjonijiet joħorġu kwalifiki diġitali, li ma jistgħux jitbagħbsu u kredenzjali ta’ tagħlim oħrajn.

Lest biex tieħu l-pass li jmiss?