Skip to main content
© Conference on the Future of Europe © Conference on the Future of Europe

Semma’ leħnek!

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 29/07/2021

Iż-żgħażagħ għandhom rwol vitali fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Fil-kuntest tal-Konferenza, il-Parlament Ewropew jistieden liż-żgħażagħ biex isemmgħu leħinhom dwar dak li l-Unjoni Ewropea tagħmel, x'għandha tagħmel, u kif taħdem għalihom.

Semma' leħnek u pparteċipa fil-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ tal-Parlament Ewropew fuq youthideas.eu! Dawn il-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ se jibqgħu għaddejjin sal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE2021) li se jsir fit-8 u d-9 ta’ Ottubru. Matul l-EYE2021, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jkomplu jiżviluppaw l-aħjar ideat u jivvutaw għalihom. Imbagħad dawn l-ideat se jidhru fir-Rapport dwar l-ideat taż-Żgħażagħ għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li se jiġi ppreżentat lill-Membri tal-Konferenza u lill-Membri tal-Parlament Ewropew.

Hemm diversi modi oħra kif tista’ tinvolvi ruħek fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: L-ewwel nett, tista’ tixxerja l-ideat tiegħek u tiddiskutihom ma’ ċittadini oħra fuq il-pjattaforma online tal-Konferenza – futureu.europa.eu. Barra minn hekk, tista’ ssir taf aktar dwar il-panels taċ-Ċittadini u l-plenarja tal-Konferenza, tista’ tesplora wkoll x’avvenimenti qed iseħħu fl-Ewropa kollha fil-qafas tal-Konferenza u tirreġistra l-attivitajiet u l-konsultazzjonijiet tiegħek stess.