Skip to main content

Il-parteċipanti jistgħu jivvjaġġaw waħedhom jew fi grupp ta’ mhux aktar minn 5 persuni. Tista’ tindika dan fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek. 

F’każ li tiddeċiedi li tivvjaġġa bħala membru ta’ grupp, irid jinħatar kap tal-grupp f’isem il-grupp qabel ma tissottomettu kwalunkwe applikazzjoni. Il-kap tal-grupp jimla l-formola tal-applikazzjoni, inklużi l-kwiżż u l-mistoqsija sussidjarja. Meta jissottometti l-applikazzjoni, il-kap tal-grupp jirċievi kodiċi li mbagħad irid jikkomunikah lill-mhux aktar minn 4 membri addizzjonali tal-grupp biex ikunu jistgħu jirreġistraw. Fuq il-bażi tal-kodiċi pprovdut mill-kap tal-grupp, il-bqija tal-membri tal-grupp jistgħu mbagħad jirreġistraw online, u jimlew id-data personali tagħhom. Il-membri kollha tal-grupp iridu jikklikkjaw fuq il-buttuna “issottometti” sabiex jiġu rreġistrati.

Jekk applikajt bħala individwu jew jekk inti l-kap ta’ grupp vojt, xorta waħda tista’, qabel jagħlaq iż-żmien għall-applikazzjonijiet:

  • tingħaqad ma’ grupp. Biex tagħmel dan, segwi l-link apposta fl-email li rċevejt meta ssottomettejt l-applikazzjoni tiegħek; jew
  • iżżid xi ħbieb mal-applikazzjoni tiegħek stess, biex toħloq grupp. Biex tagħmel dan, aqsam il-kodiċi tal-applikazzjoni tiegħek mal-ħbieb, li mbagħad ikunu jridu jdaħħlu dan il-kodiċi meta japplikaw. 
     
B. PROĊEDURA TAL-GĦOTI
Weight
5