European Youth week

Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ hi ċelebrazzjoni taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa, u l-ħafna modi differenti li bihom dawn jiġu involuti fil-komunitajiet tagħhom fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u anki internazzjonali.

 

Mijiet ta’ avvenimenti se jseħħu fi 33 pajjiż li qed jieħdu sehem fil-Programm tal-Unjoni Ewropea Żgħażagħ fl-Azzjoni, li jvarjaw minn festivals ċinematografiċi u flashmobs sa kunċerti u festivitajiet fit-toroq.

 

Biex tiskopri x'hemm ippjanat viċin tiegħek, żur il-websajt tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ u l-kalendarju tal-avvenimenti (ikklikkja l-buttuni fuq il-lemin ta' din il-paġna.) Il-biċċa l-kbira tal-avvenimenti se jseħħu matul il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ stess mis-26 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju, iżda se jkun hemm xi avvenimenti li se jsiru qabel u wara din il-ġimgħa. Xi pajjiżi għadhom qed jippjanaw l-avvenimenti tagħhom, għalhekk iċċekkja l-kalendarju regolarment għal kwalunkwe oħrajn ġodda li jiġu miżjuda.

 

Wħud mill-avvenimenti minn Brussell se jixxandru direttament fuq l-internet, fosthom iċ-ċerimonji ta’ premjazzjonijiet u d-dibattiti, għalhekk fittixhom fil-Kalendarju onlajn u segwihom.

 

Tista’ wkoll tċċekkja x’qed jiġri permezz tal-paġni tal-Facebook “Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ” (ara hawn taħt) u skopri x’qed jgħidu n-nies dwar il-Ġimgħa permezz tal-feeds ta' Twitter u  ta’ Instagram (ukoll hawn taħt.)  Issieħeb magħhom int ukoll permezz ta’ "#youthweek"!

Malti