Skip to main content
 An EU-funded HOPES scholarship enabled Syrian refugee Mohammad Al-Deiri to continue his studies in Jordan and fulfil his father’s dying wish. © European Union 2017-2018, Johanna de Tessières An EU-funded HOPES scholarship enabled Syrian refugee Mohammad Al-Deiri to continue his studies in Jordan and fulfil his father’s dying wish. © European Union 2017-2018, Johanna de Tessières

Boroż ta’ studju ffinanzjati mill-UE jagħtu s-setgħa lir-refuġjati Sirjani

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ġimgħa, 27/08/2021

Fokus fuq futur aħjar: Programmi ta’ boroż ta’ studju ffinanzjati mill-UE qed jgħinu lir-refuġjati żgħażagħ Sirjani jsegwu edukazzjoni, jitgħallmu ħiliet ta’ xogħol prattiku u jsiru awtosuffiċjenti f’ċirkostanzi diffiċli.

Għar-refuġjati Sirjani li jgħixu f’kundizzjonijiet diffiċli fil-fruntiera li tmiss pajjiżhom mifni bil-gwerra, li jispiċċaw l-iskola, li jiksbu lawrja jew li jieħdu sehem f’taħriġ ta’ impjieg jistgħu jidhru objettivi impossibbli biex jintlaħqu fit-taqtigħa tagħhom ta’ kuljum għas-sopravivenza.

Iżda bis-saħħa ta’ proġetti ffinanzjati permezz ta’ €1.9 biljun li ġejjin mill-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana , dawn iż-żgħażagħ b’tamiet u ħolm bħal tiegħek jistgħu japplikaw għall-boroż ta’ studju – u jittamaw f’ġejjieni aħjar.

Fid-dawl tal-Forumreċenti dwar ir-Refuġjati Globali , hawn issib daqqa t’għajn lejn uħud minn dawn l-inizjattivi u s-Sirjani li ġew megħjuna.

 

EDU-SYRIA

Maram Malsi, li fl-2011 waslet fil-belt kapitali tal-Ġordan, Amman, kienet kapaċi tagħmel l-istudji tal-laboratorju mediku bis-saħħa tal-EDU-YRIA.

“Kont ferħana u kont noħlom li nistudja u nkun l-aqwa studenta imma mbagħad faqqgħet il-kriżi tas-Sirja,” qalet. “Il-borża ta’ studju hija importanti ħafna għalija – hija l-opportunità tiegħi li nlesti l-edukazzjoni għolja tiegħi.”

Il-proġett ta’ €17.6 miljun – li rċieva wkoll finanzjament mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat flimkien ma’ appoġġ mill-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana – jagħti aċċess lir-refuġjati Sirjani li jgħixu fil-Ġordan fis-sistema ta’ edukazzjoni għolja tal-pajjiż. L-għan huwa li jingħataw l-għajnuna biex jiżguraw l-impjiegi u għajxien stabbli kemm permezz tal-għarfien kif ukoll permezz tal-għarfien espert.  
  
Imniedi fl-2015 u mistenni li jkompli sal-2022, l-EDU-SYRIA hu implimentat mill-Università Ġermaniża Ġordaniża fi sħubija ma’ erba’ istituzzjonijiet lokali oħra.

Dawk li jirċievu l-boroż ta’ studju, li jinkludu wkoll Ġordaniżi vulnerabbli minn komunitajiet li jospitaw ir-refuġjati, jistgħu jsegwu firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ Baċellerat u Master’s – mill-IT u l-inġinerija, għall-ġurnaliżmu u l-konservazzjoni arkitettonika. It-taħriġ vokazzjonali jinkludi enfasi fuq in-negozji u l-finanzi, kif ukoll il-maniġment fis-setturi tal-ospitalità u r-ristoranti.  

 

SPARK

 

Stampa: Ir-refuġjata Sirjan Rasha Rifaai saret assistent tat-tagħlim tal-kindergarten fil-Libanu bis-saħħa tal-proġett SPARK iffinanzjat mill-UE. © European Union 2017-2018, Johanna de Tessières.

Rasha Rifaai, li ħarbet lejn il-Libanu fl-2014 wara li spiċċat l-iskola sekondarja, setgħet isegwi l-istudji fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal bis-saħħa tal-proġett SPARK. Wara li ngħatat il-lawrja tagħha, kisbet impjieg bħala assistent tat-tagħlim tal-kindergartens. U dan għen il-familja tagħha.

“Il-ġenituri tiegħi m’għandhom lil ħadd fuq min iduru,” tgħid hi. “Dan ix-xogħol tejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħna.”

Minn lat ieħor, dan kien ta’ sodisfazzjon għalija. 

“Għamilt dan il-pass biex nimxi 'l quddiem fil-ħajja iżda wkoll biex nirrealizza biċċa mill-ħolm u uħud mill-aspirazzjonijiet tiegħi,” żiedet tgħid. 

L-inizjattiva tal-Fond Fiduċjarju tal-UE ta’ €18.5-il miljun b’madwar 2,484 benefiċjarju tagħti lir-refuġjati u liż-żgħażagħ lokali żvantaġġati fil-Libanu, l-Iraq u t-Turkija l-aċċess għall-boroż ta’ studju għal programmi ta’ Baċellerat. Fil-Libanu, din tipprovdi wkoll boroż ta’ studju vokazzjonali ta’ taħriġ kemm lis-Sirjani kif ukoll lil żgħażagħ vulnerabbli.

 

HOPES 

   

Stampa: Borża ta’ studju HOPES iffinanzjata mill-UE ppermettiet lir-refuġjat Sirjan Mohammad Al-Deiri jkompli l-istudji tiegħu fil-Ġordan u jaqta' x-xewqa ta’ missieru. © European Union 2017-2018, Johanna de Tessières.

L-inizjattiva ta’ €12-il miljun HOPES għenet eluf ta’ Sirjani u żgħażagħ fl-Eġittu, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu u t-Turkija permezz ta’ boroż ta’ studju, konsulenza akkademika, korsijiet tal-lingwa Ingliża u ta’ studju bbażati fl-universitajiet, kif ukoll finanzjament għal proġetti innovattivi għal perjodu qasir ta’ edukazzjoni. 

Implimentata minn April 2016 sa Novembru 2019, din l-inizjattiva tat spinta lill-prospetti u r-reżiljenza tar-refuġjati Sirjani u spiss għenet lill-komunitajiet lokali li jospitawhom.

Bis-saħħa ta’ borża ta’ studju HOPES, Mohammad Al-Deiri sar l-ewwel Sirjan li jgħix fil-kamp sparpaljat tar-refuġjati ta’ Zaatari li ggradwa minn università Ġordaniża. 

F’Marzu 2018, huwa ddefenda b’suċċess it-teżi tal-Master’s tiegħu fl-edukazzjoni – u qata' x-xewqa ta’ missieru qabel imut .

“Dak li tħoss meta tikseb il-borża ta’ studju hu bħal meta triq li qed tibża’ li tkun ingħalqet f’daqqa waħda tinfetaħ għalik,” qal Al-Deiri. 

Sal-lum, il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana ffinanzja kważi 6,000 borża ta’ studju.