Skip to main content
© Guillaume Périgois - Unsplash © Guillaume Périgois - Unsplash

Schuman Traineeships fil-Parlament Ewropew

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 01/10/2020

Il-Parlament Ewropew joffri traineeships differenti fis-Segretarjat tiegħu sabiex jikkontribwixxi għat-taħriġ vokazzjonali taċ-ċittadini żgħażagħ, u għall-fehim tal-ħidma tal-istituzzjoni.

Dawn it-traineeships jingħataw għal perjodu ta’ ħames xhur.

Biex tkun eliġibbli jeħtieġ:

  • ikollok 18-il sena jew aktar;
  • ikollok diploma(i) ta’ livell universitarju;
  • ikollok għarfien tajjeb ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien tajjeb ħafna ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE;
  • tipprovdi estratt ta’ rekord kriminali;
  • ma tkunx ħdimt għal aktar minn xahrejn konsekuttivi f’istituzzjoni jew korp tal-UE;
  • ma tkunx wettaqt Żjara ta’ Studju fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew sitt xhur qabel il-bidu tat-traineeship.

Kif tapplika

Biex tapplika trid issegwi dawn il-passi: 
L-ewwel irreġistra:

  • mur fil-paġna ewlenija tal-offerti tat-traineeships;
  • imla l-formola ta’ reġistrazzjoni ġdida bid-data personali tiegħek.
  • agħżel offerta li tixtieq tapplika għalha (sa 3);
  • ikklikkja l-buttuna Applika online;

Biex tapplika:

  • illoggja fil-kont tiegħek;
  • applowdja s-CV tiegħek (Format tal-Europass biss);
  • applowdja ittra ta’ motivazzjoni għal kull offerta ta’ traineeship (massimu ta’ paġna waħda).

Xi jmiss?

Fuq Traineeship fis-sit web tal-Parlament Ewropew se ssib l-informazzjoni dettaljata kollha u l-iskeda ta’ żmien dwar il-proċess tas-selezzjoni.

Għotja

Interns magħżulin jirċievu allowance ta’ kull xahar skont il-postijiet ta’ assenjazzjoni.

Meta tapplika

Hemm żewġ sessjonijiet ta’ traineeship:
- 1 ta’ Ottubru sat-28/29 ta’ Frar - Il-perjodu ta’ applikazzjoni hu miftuħ: mill-1 Ġunju sat-30 ta’ Ġunju.
- 1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Lulju - Il-perjodu ta’ applikazzjoni hu miftuħ: mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Novembru.
 
Jekk jogħġbok innota li applikazzjonijiet sottomessi wara l-iskadenza jew applikazzjonijiet spontanji ma jiġux ikkunsidrati.
 
Skopri aktar informazzjoni fis-sit web uffiċjali tal-Parlament Ewropew.