Skip to main content
Photo by Ilyass SEDDOUG on Unsplash © Photo by Ilyass SEDDOUG on Unsplash

Traineeships f’organizzazzjonijiet internazzjonali!

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tnejn, 20/09/2021

B'daqstant organizzazzjonijiet internazzjonali li joffru pożizzjonijiet ta’ traineeships għaż-żgħażagħ, għaliex ma tarax kif tista’ twessa’ l-orizzonti?

It-traineeships huma mod fantastiku biex jitnaqqas id-distakk bejn id-dinja akkademika u dik professjonali. Fl-ambjent it-tajjeb, tiġi offrut l-appoġġ li teħtieġ biex tirnexxi, u qatt m’int se tiddejjaq!
Qabel ma tapplika, kun af li se tkun qed tikkompeti ma’ nies mid-dinja kollha meta tibgħat applikazzjonijiet lil organizzazzjonijiet internazzjonali. Filwaqt li dan joħloq ambjent tax-xogħol varjat u rikk, iżid ukoll il-kompetizzjoni. 
Fortunatament, l-UE taqta’ figura tajba fil-ġlieda li għaddejja kontra t-traineeships mhux imħallsa, li tista’ taqra dwarhom hawnhekk. Madankollu, b’differenza għall-istituzzjoni tal-UE, xi opportunitajiet ta' traineeships jistgħu ma jkunux imħallsa. Hu importanti tiċċekkja qabel ma tapplika peress li dan se jaffettwa l-baġit tiegħek! 


Hawn taħt tista’ ssib lista bi ftit eżempji ta’ opportunitajiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bbażati fid-dinja kollha.

Jekk qed taħseb dwar esperjenza ta’ traineeship fil-Kummissjoni Ewropea jew istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-UE agħti daqqa t’għajn hawnhekk.