© European Union, 2021
Il-Programm tal-Blue Book Traineeships innominat għall-Premju tal-Ombudsman Ewropew
L-aħħar aġġornament sar fi It-Tlieta, 08/06/2021
Il-programm Blue Book Traineeships tal-Kummissjoni Ewropea ġie nnominat għall-Premju tal-Ombudsman Ewropew. Il-votazzjoni pubblika tibqa’ għaddejja sal-20 ta’ Ġunju 2021.
Il-programm tal-Blue Book Traineeships tal-Kummissjoni Ewropea u r-reżiljenza li wera matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida ġie nnominat għall-Premju tal-Ombudsman Ewropew għal Amministrazzjoni Tajba, fil-kategorija ta’ “Eċċellenza fil-ġestjoni tal-kriżijiet”.
Iċ-ċerimonja ta’ Premjazzjoni diġitali, li tista’ ssegwi permezz tal-paġna tal-avveniment, se ssir fl-24 ta’ Ġunju 2021. Minbarra rebbieħ għal kull waħda mill-erba’ kategoriji indikati fil-programm u rebbieħ tal-Premju ġenerali, din is-sena se jkun hemm rebbieħ tal-vot pubbliku.
Agħti ħarsa lejn il-lista tan-nominazzjonijiet u speċjalment l-inizjattivi mmirati lejn iż-żgħażagħ, bħall-Programm ta’ Traineeships (proġett nru 3), li adatta malajr ħafna fil-kriżi tal-COVID-19 biex it-trainees kollha jkunu jistgħu jiksbu esperjenza siewja matul it-traineeship tagħhom fil-Kummissjoni Ewropea. Ivvota għall-proġett favorit tiegħek sal-Ħadd 20 ta’ Ġunju 2021 23:59 CEST.
Inti interessat ukoll li tikseb għarfien dwar il-proċessi u l-politiki tal-istituzzjonijiet Ewropej? Trid tpoġġi t-teorija akkademika fil-prattika u tikkontribwixxi għall-ħidma ta’ kuljum tal-Kummissjoni Ewropea? Mela ċċekkja l-programm tal-Blue Book Traineeships, dan jista’ jkun il-pass li jmiss fil-karriera tiegħek! L-applikazzjonijiet għas-sessjoni ta’ Marzu 2022 se jiftħu f’Awwissu 2021.