Skip to main content
Promotion flyer of the Festival © European Commission, 2022

Festival tal-Parteċipazzjoni Pubblika u tad-Demokrazija Deliberattiva – Involvi ruħek!

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 07/04/2022

Interessat li torganizza sessjoni fil-Festival dwar il-Parteċipazzjoni Pubblika u d-Demokrazija Deliberattiva ta’ din is-sena (20 u 21 ta’ Ottubru 2022)? Il-Festival jitmexxa miċ-Ċentru ta’ Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Demokrazija Parteċipattiva u Deliberattiva.

Biex tikkoinċidi mas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, it-tema tal-Festival tal-Parteċipazzjoni Pubblika u d-Demokrazija Deliberattiva ta’ din is-sena hija “Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ” u għalhekk nilqgħu sottomissjonijiet miż-żgħażagħ dwar is-suġġetti ta’ tħassib u interessi taż-żgħażagħ speċjalment dwar ir-riflessjoni ta’ kif iż-żgħażagħ jistgħu jkunu aħjar u aktar involuti fil-proċessi ta’ politika u riċerka.

Qed infittxu ideat għal sessjonijiet li huma dinamiċi, interattivi, informattivi u impenjati dwar is-suġġett taż-żgħażagħ u d-demokrazija parteċipattiva u deliberattiva. Jekk tintgħażel is-sottomissjoni tiegħek, se tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sessjoni, bl-appoġġ tat-tim tal-Festival. Is-sessjonijiet jistgħu jiġu organizzati jew personalment fi Brussell (il-Belġju) jew f’Ispra (l-Italja) kif ukoll online.

Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni hi l-15 ta’ Mejju 2022.

Ara s-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess u imla l-formola ta’ sottomissjoni. Ikkuntattjana jekk għandek xi ideat oħra jew qed tfittex modi oħra biex tinvolvi ruħek: EU-CITIZEN-ENGAGEMENT@ec.europa.eu. Għal aħbarijiet u aġġornamenti dwar iċ-Ċentru ta’ Kompetenza u l-Festival, abbona għall-bullettin ta’ kull tliet xhur tagħna.