Meta tapplika, tista’ tkompli tuża l-passaport, il-karta tal-identità (ID) jew il-karta ta’ residenza li għandek, anke jekk ikunu skaduti. Imma jekk tingħata pass tal-ivvjaġġar u kard tal-iskont, jeħtieġ li jkollok fil-pussess tiegħek dokument tal-identità validu (passaport, ID nazzjonali jew karta ta’ residenza) meta tkun qed timla l-formola tal-ibbukkjar biex titlob il-pass tal-ivvjaġġar peress li l-kuntrattur stabbilixxa proċess ta’ verfika tal-identifikazzjoni. Barra minn hekk, se jkollok bżonn dokument tal-identità validu meta tivvjaġġa. Ma trid tagħmel xejn jekk id-dokument tal-identità tiegħek jiġġedded bejn il-proċess ta’ verifika tal-ID u l-vjaġġ attwali tiegħek.
A. SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET (REGOLI)
Weight
8