Tista’ tara x’inhu l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ. Żomm kopja tal-kodiċi tal-applikazzjoni tad-DiscoverEU tiegħek. Tixxerjahx ma’ ħaddieħor (eż. fuq il-midja soċjali) ħlief mal-kuntrattur awtorizzat innominat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-EACEA. Barra minn hekk, meta l-proċess ta’ evalwazzjoni jkun tlesta, l-applikanti se jirċievu notifika bl-email. Importanti li tkun tista’ tiġi kkuntattjat permezz tal-email li indikajt fl-applikazzjoni tiegħek. Tinsiex liema kont tal-email użajt għall-applikazzjoni tiegħek. Qis ukoll li l-mailbox użata għall-applikazzjoni tiegħek tkun tista’ tirċievi l-email tan-notifika tar-riżultat (pereżempju billi l-mailbox ma tkunx mimlija). L-applikanti li jitqiegħdu f’lista ta’ riżerva jistgħu jiġu kkuntattjati fi stadju aktar tard f’każ li xi applikanti magħżulin jiddeċiedu li jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom jew jekk xi parteċipanti ma jattivawx il-pass tal-ivvjaġġar tagħhom.
Għal aktar informazzjoni fittex fit-taqsima 6 tar-Regoli. “Notifika tar-riżultati”.