Skip to main content
Submitted by Beatriz RODRIG… on
Draw lines
Yes
Color
#66C1F6
Cities/Points
Name
Viana do Castelo
Country
Il-Portugall
Population
88725
Why visit?

Viana do Castelo tinsab f’reġjun ta’ ġmiel naturali eċċezzjonali, u toffri opportunitajiet fantastiċi biex toħroġ barra u tkun attiv billi ssuq ir-rota jew timxi mal-kosta. Viana do Castelo ospitat rotta taċ-ċikliżmu bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Isport fl-2023 u se terġa’ tagħmel dan fl-2024, mela ċċekkja r-rotot jekk għandek bżonn l-ispirazzjoni. Il-belt toffri wkoll aċċess faċli għal bajjiet sbieħ biex tgħum jew timxi u hi post magħruf għas-surfing, il-windsurfing, il-kite surfing u l-bodyboarding. Jekk tħobb tiċċaqlaq, din il-belt fit-Tramuntana tal-Portugall toffri ħafna għażliet.

Image
Viana do Castelo - Il-Portugall
Coordinates
41.7159598,-8.8867878
Tags with icon
#BeActive
Bikeable City
Spots to Swim
Plenty of Nature
Name
Santiago de Compostela
Country
Spanja
Population
96405
Why visit?

Santiago de Compostela hija l-kapitali reġjonali tal-Galicia, magħrufa għall-foresti, il-widien bl-imsaġar, il-bajjiet selvaġġi u l-fanali tal-portijiet. Uża lil Santiago bħala l-punt tat-tluq biex tesplora n-natura tal-Galicia, bħall-irdumijiet tal-Costa da Morte, il-Park Nazzjonali Islas Atlánticas, il-bajja Las Catedrales, il-mixja tal-Fanal tal-Port jew il-canyons tax-Xmajjar Sil u Miño. Santiago de Compostela hi magħrufa wkoll bħala l-aħħar waqfa tal-Camino de Santiago, pellegrinaġġ famuż b’diversi punti tat-tluq fl-Ewropa kollha. Jekk tixtieq tisfida lilek innifsek b’mixja fit-tul, tista’ tippruvah. Għal dawk li jippreferu jivvjaġġaw fuq żewġ roti, hi wkoll l-aħħar waqfa tal-EuroVelo rotta 3.

Image
Santiago de Compostela
Coordinates
42.8801976,-8.5859694
Tags with icon
#BeActive
Walkable City
Name
Donostia-San Sebastián
Country
Spanja
Population
186665
Why visit?

Donostia-San Sebastián hi belt tal-ħolm. Kumpatta u adatta għall-mixi, hemm ukoll 3 bajjiet sbieħ fiċ-ċentru tal-belt, u b’hekk faċli tmur tgħum. Meta tkun hemm tista’ titgħallem dwar il-logħba tradizzjonali Baska, il-pelota jew tara sport tradizzjonali ieħor u tispira ruħek. Jekk dan l-isport kollu jqabdek il-ġuħ, ieqaf u pprova ftit pinchos, snacks żgħar tipiċi tar-reġjun, li normalment iservuhom fuq stikka. Huma żgħar allura hu mod tajjeb kif tipprova ħafna togħmiet differenti. Il-belt hi mdawra wkoll bl-għoljiet, li joffru opportunitajiet għall-mixi jew il-mountain biking.

Image
San Sebastian - Spanja
Coordinates
43.3071977,-2.1215358
Tags with icon
Walkable City
Spots to Swim
Plenty of Nature
Name
Pariġi
Country
Franza
Population
2161
Why visit?

X’nistgħu ngħidu dwar Pariġi li għadu ma ntqalx? Pariġi, il-belt illuminata, se tospita l-Logħob Olimpiku fl-2024 fiċ-ċentenarju tal-Olimpjadi ta’ Pariġi tal-1924, biex b’hekk din se tkun is-sitt darba li Franza se tospita l-Logħob Olimpiku. Jekk ma jirnexxilekx issib biljett għal-Logħob, imxi bħal flaneur ta’ veru u apprezza s-siti, l-arkitettura, il-kafetteriji, il-ħwienet u t-toroq Pariġini famużi mad-dinja kollha. Tista’ tgħaddi qalb il-parks fil-belt jew taqsam il-Promenade Plantée, mixja ta’ 5 km li qabel kienet vijadott abbandunat tas-seklu 19 u issa hu park elevat.

Image
Pariġi - Franza
Coordinates
48.8587374,2.1822251
Tags with icon
Walkable City
Olympic City 2024
Name
Chamonix
Country
Franza
Population
8906
Why visit?

Bħala l-ospitanta tal-ewwel Olimpjadi tax-xitwa fl-1924, Chamonix għandha storja venerabbli bħala post għall-iskijjar, is-sledding, is-snowshoeing, it-tixbit u ħafna aktar. Fil-parti t’isfel tal-Mont Blanc, l-ogħla quċċata fl-Alpi, Chamonix hu post mill-isbaħ biex iżżuru. Għalkemm huwa bil-kbir magħruf l-iktar għall-iskijjar, xorta hemm ħafna attivitajiet għal dawk li ma jiskijjawx. U jekk ikollok bżonn timla żaqqek wara jum attiv barra fil-kesħa, ipprova ikla Alpina tar-reġjun bħall-fondue (ġobon maħlul) jew ir-raclette (aktar ġobon maħlul). 

Image
Chamonix - Franza
Coordinates
45.9294714,6.7642853
Tags with icon
Former Olympic City
#BeActive
Name
La Ciotat
Country
Franza
Population
36441
Why visit?

Jekk ġieli żort Franza u osservajt grupp ta’ nies f’park ipaċpċu u jkejlu d-distanza bejn blalen tal-fidda, int familjari mal-pétanque, logħba klassika Franċiża vvintata minn La Ciotat. Meta żżur dan il-post sabiħ fil-kosta tan-Nofsinhar ta’ Franza, faċli tifhem għaliex logħba rilassanti u soċjali bħall-pétanque ġiet ivvintata hawn. Waħda mill-aħjar affarijiet li tista' tagħmel f’La Ciotat hi li tippassiġġa fil-villaġġ qabel ma tmur f’waħda mill-bajjiet aċċessibbli faċilment għal għawma jew tieqaf għal ikla lokali bħall-pistou, soppa tal-ħxejjex staġjonali mir-reġjun tal-Provence. Jekk ikollok aptit ta’ xi ħaġa iktar impenjattiva, hemm ħafna mixjiet sbieħ madwar il-kosta.

Image
La Ciotat
Coordinates
43.1877651,5.3221885
Tags with icon
Spots to Swim
#BeActive