Skip to main content
Participants in the European Master’s Programme in Human Rights and Democratisation learn a mix of theory and practical skills. © EMA Participants in the European Master’s Programme in Human Rights and Democratisation learn a mix of theory and practical skills. © EMA

Kors tal-Masters iffinanzjat mill-UE jwassal għas-suċċess tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tlieta, 29/09/2020

Tixtieq tbiddel il-passjoni tiegħek għad-drittijiet tal-bniedem f’karriera li tista’ tagħmel differenza? Kors ta’ Master's iffinanzjat mill-UE joffri tagħlim ta’ klassi dinjija, vjaġġi ta’ studju internazzjonali u appoġġ wara l-gradwazzjoni biex tniedi dak l-impjieg tal-ħolm.

Ara dan il-video biex tara dak li għandhom x’jgħidu l-alumni tiegħu

 

Il-Kampus Globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem hu network internazzjonali ta’ 100 università. Hu ffinanzjat mill-UE u jaġixxi bħala ċentru ta’ koordinazzjoni għall-esperti fid-drittijiet tal-bniedem u fir-riżorsi minn kull rokna tad-dinja. Il-programm ta’ tagħlim ewlieni tiegħu, il-Programm Ewropew ta’ Master’s fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, ġie stabbilit fl-1997, li jagħmlu l-itwal kors ta’ Master’s iffinanzjat mill-UE.

Kull sena, il-15-il gradwat bl-ogħla gradi jiġu offruti internships imħallsa man-NU u mal-UE, pereżempju. Moana Genevey, ta’ 27 sena u minn Franza, ħadet sehem f’wieħed minn dawn l-internships fid-Delegazzjoni tal-UE għan-NU fi New York wara li ggradwat fl-2015.

“Kienet esperjenza professjonali kbira”, qalet Moana. “Domt ħames xhur u ksibt fehim fil-fond dwar kif jaħdmu kemm in-NU kif ukoll l-UE, filwaqt li kont qed ngħix f’belt mimlija ħajja.”
Disgħa minn kull għaxar gradwati sabu impjiegi rilevanti f’organizzazzjonijiet statali, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet u NGOs, kumpaniji u fid-dinja tal-akkademiċi. Il-programm huwa ħerqan li jkompli jappoġġja lill-istudenti wara li jiggradwaw. L-Assoċjazzjoni EMAlumni tiegħu tipprovdi appoġġ bi proġetti futuri u bl-iżvilupp tal-karriera. 

Ħiliet ġodda f’ambjent soċjali

Il-kors ta’ sena jgħallem taħlita ta’ teorija u ħiliet prattiċi. Hu jeduka 100 student kull sena mill-UE u lil hinn minnha u jinkludi vjaġġ ta’ studju biex il-parteċipanti jkunu jistgħu jistħarrġu fil-fond it-temi favoriti tagħhom — bħad-demokrazija u l-liġi — f’kuntest globali reali.

L-Ungeriża Emoke Bebiak, 31, ħadet gost bl-aspett soċjali tal-kors u bid-diversità tal-istudenti tiegħu. 
“Dak li tassew issorprendieni kien l-ammont ta’ informazzjoni li tgħallimt mingħand sħabi l-istudenti l-oħra” qalet Emoke. 
Hi ta’ spiss kienet taqsam l-esperjenzi matul l-ikla ta’ filgħaxija u timxi mal-kollegi tagħha li kienu ġejjin mid-dinja kollha. Issa taħdem f’Ġinevra, l-Iżvizzera, għall-Fondazzjoni Right Livelihood.

“Dak li għoġobni l-aktar kienet id-diversità,” qalet il-Belġjana Danaé Coquelet. “Ġab flimkien persuni mid-dinja kollha u li studjaw f’oqsma differenti.”
Matul it-tieni semestru, Danaé, li issa għandha 27 sena, tgħallmet dwar il-migrazzjoni u l-kuntest tal-Lvant Nofsani fl-Università Saint Joseph f’Bejrut. Issa taħdem bħala attaché għall-programm ta’ risistemazzjoni tar-refuġjati tal-Belġju.

“L-istudji tiegħi tal-EMA u r-riċerka fil-qasam tiegħi fil-Libanu għenuni nibni l-kompetenza li kelli bżonn,” qabel Danaé.
Il-kors huwa miftuħ għal kull min għandu lawrja f’qasam rilevanti, bħal-liġi u x-xjenzi soċjali. Hemm ukoll sitt korsijiet Master’s affiljati li jiffukaw fuq reġjuni speċifiċi. Is-sit web tal-Kampus Globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandu informazzjoni dwar meta jiftħu l-applikazzjonijiet matul is-sena u kif tista’ tapplika.