Kif tista’ tinvolvi ruħek fid-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ?
L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ġimgħa, 10/11/2023
It’s your turn. Get involved. Have your say. Be listened. Your voice matters!
Wieħed mill-aktar modi faċli biex issemma’ leħnek permezz tad-Djalogu maż-Żgħażagħ huwa billi tikkuntattja l- grupp nazzjonali ta’ ħidma ta’ pajjiżek u tieħu sehem fl-attivitajiet li jorganizza. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-avvenimenti u l-attivitajiet li jorganizzaw fuq il-paġna web tagħhom.
Dawn il-gruppi jiġbru flimkien, fost l-oħrajn:
- rappreżentanti mill-ministeri taż-żgħażagħ u ministeri oħra,
- kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ,
- kunsilli lokali u reġjonali taż-żgħażagħ,
- organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ,
- rappreżentanti tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Erasmus+ iż-żagħżagħ fl-azzjoni;
- żgħażagħ ġejjin minn ambjenti diversi,
- fornituri ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ, u
- riċerkaturi żgħażagħ.
Madankollu, hemm ukoll għadd ta’ Organizzazzjonijiet Ewropej taż-Żgħażagħ, magħżula wara sejħa, li jorganizzaw konsultazzjonijiet u diskussjonijiet fil-livell Ewropew fil-qafas tal-proċess attwali tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ “Noħolqu Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ”.
Tista’ tara l-lista tal-organizzazzjonijiet u l-kuntatti tagħhom hawnhekk.
L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħi tista’ tagħmel dibattiti wkoll?
Permezz tal-programm Erasmus+, l-Unjoni Ewropea tipprovdi finanzjament lil organizzazzjonijiet li għandhom l-għan li jorganizzaw attivitajiet skont id-Djalogu maż-Żgħażagħ (Azzjoni Ewlenija 3).
Iż-żgħażagħ għandhom imexxu l-proġett u jkunu involuti b’mod attiv fl-istadji kollha tiegħu.
Kun af aktar dwar dawk l-opportunitajiet ta’ finanzjament!