Skip to main content
© Unsplash - Clem Onojeghuo © Unsplash - Clem Onojeghuo

Għeruq kulturali: rigal għal dawk li jħobbu l-mużewijiet fl-Ewropa

L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 06/08/2025

Ittikkjati diġà mil-lista tiegħek il-Louvre f’Pariġi, l-El Prado f’Madrid jew fl-Uffizi f’Firenze? Tixtieq tiskopri tip ieħor ta’ mużew?

Titħasseb xejn, hemm ħafna għażliet (xi wħud minnhom pjuttost mhux tas-soltu) għal dawk li jħobbu l-mużewijiet li jesploraw l-Ewropa. Lest biex timpressjona lil sħabek tal-ivvjaġġar?

Verament unika ħafna

Il-Mużew tar-Relazzjonijiet Imkissra, Zagreb (il-Kroazja)

Boroż vojta tal-gallettini? Pupa tal-porċellana? Hairdryer? Jew xi ċekċik ħelu li rċevejt mir-relazzjoni preċedenti tiegħek. Mur ħudhom kollha f’dan il-mużew Kroat fantastiku u mhux biss teħles minnhom iżda tkun qed tikkontribwixxi wkoll għall-wirja permanenti ta’ dan il-mużew. Fatt Kurjuż: it-tieni post ta’ dan il-mużew jinsab fil-belt xemxija ta’ Los Angeles, California (l-Istati Uniti).

Il-Mużew Elleniku tal-IT, Ateni (il-Greċja)

Kull min twieled fl-aħħar għoxrin sena sab ruħu mdawwar bi skrins ċatti u smartphones gustużi, iżda dak x’ġara fl-era tal-kompjuters tqal u tal-Commodore tajjeb u qadim? Skopri l-istorja tat-teknoloġija tal-IT mill-1970 sa nofs is-snin 90 fil-belt mitika ta’ Ateni.

Il-Mużew tal-Minjaturi, Praga (ir-Repubblika Ċeka)

Dan il-mużew jinsab fil-Monasteru ta’ Strahov fi Praga u jospita l-akbar kollezzjoni ta’ mikrominjaturi fid-dinja. Mikrominjatura hija xogħol żgħir ħafna (ħafna) tal-arti li huwa impossibbli li wieħed jarah bl-għajn mikxufa, iżda ċertament possibbli li wieħed jista’ jiffittja ġo għajn ta’ labra.

Flora u Fawna

Katten Kabinet, Amsterdam (in-Netherlands)

Int tħobb il-qtates jew il-klieb? Jekk għażilt il-qtates, allura Katten Kabinet huwa l-post tiegħek. Disinji ta’ qtates, posters ta’ qtates, u anke skulturi. Idħol fl-istorja tal-arti tat-tieni l-aqwa ħabib tal-bniedem f’Amsterdam!

Froggyland, Split (il-Kroazja)

Mhux 100, mhux 200, iżda aktar minn 507 żrinġ ibbalzmati. Dan huwa dak li fadal mill-kollezzjoni enormi ta’ Ferenc Mere, espert fl-arti tal-ibbalzmar li pproduċihom aktar minn 100 sena ilu. Se tara żrinġijiet bħala sajjieda, ħaddiema tal-injam jew għalliema, f’dan il-każ ovvjament b’nuċċali.

Il-Ġnien Botaniku u l-Mużew Botaniku, Berlin (il-Ġermanja)

Wara l-univers tal-fawna, huwa l-mument opportun għal xi flora, u dan il-post mifrux fuq 43 ettaru u b’20,000 speċi ta’ pjanti li ġejjin mill-Afrika, l-Awstralja, l-Asja tal-Lvant, it-tropiċi u l-baċir tal-Mediterran, se ssib xi ħaġa lil hinn minn dak li tistenna. Jekk dejjem xtaqt tara foresta sħiħa li toqgħod tajjeb f’kaxxa taż-żraben, allura żur il-Mużew Botaniku. Dan jiffoka biss fuq il-botanija u huwa l-uniku wieħed ta’ dan it-tip fl-Ewropa Ċentrali. Huwa miftuħ kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa.

Sejħa għal dawk li jħobbu d-disinn

In-Neon Muzeum, Varsavja (il-Polonja)

Qatt ħsibt fejn x’sar minnhom id-disinji tan-neon li kienu jidhru fl-era tal-Gwerra l-Bierda? Għandna t-tweġiba jew aħjar, in-Neon Muzeum għandu t-tweġiba. Kollezzjoni estremament fotoġenika b’mijiet ta’ biċċiet elettrografiċi qiegħda tistenna li tiġi ppostjata fuq l-Instagram tiegħek.

Il-Mużew ta’ Groninger, Groninger (The Netherlands)

Sommarju: postmoderniżmu (eċċezzjonali u kkulurit) li jinbena eżattament fuq gżira. Inizjalment imfassal minn Alessandro Mendini, dan il-mużew żgur se jissoprendik bil-wirjiet affaxxinanti tiegħu u bil-ġabra intriganti tiegħu. L-indirizz huwa Museumeiland numru 1, Groningen.

Il-Mużew tal-Guggenheim, Bilbao u Venezja (Spanja - l-Italja)

Dawn it-tnejn huma l-qalba Ewropea tal-Fondazzjoni Solomon R. Guggenheim. Filwaqt li dak Spanjol huwa bbażat f’bini pjuttost modern, it-tieni wieħed, li qed jiffaċċja l-Grand Canal f’Venezja, jinsab f’palazz tas-seklu XVIII. Tħobb l-arti? Ma tistax titlifha.

Ngħixu l-esperjenza

Wirja Inviżibbli,Budapest (l-Ungerija)

Għajnejn magħluqa jew għajnejn miftuħa, m’hemmx differenza minħabba li din il-wirja diġà tinsab fid-dlam. Tista’ tisma’, tmiss, tuża l-bilanċ ta’ ġismek jew ixxomm u, barra minn hekk, titgħallem ftit dwar kif tħoss dak li ma tistax tara.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Leprechaun, Dublin (l-Irlanda)

Leprechaun hu xi ħaġa bejn fatata u l-ħares iċ-ċkejken u f’dan il-mużew int se tidher bħal wieħed minnhom (għallanqas għal dak li hu daqs). Ħoss ruħek aktar ċkejken f’siġġu enormi f’din id-dinja ta’ miti u leġġendi u lesti ruħek biex tiskopri fejn huma moħbija t-teżori tagħhom.

Dar l-Istorja Ewropea, Brussell (il-Belġju)

L-aħħar iżda mhux l-inqas: għaliex għandek taqra dwar l-istorja tal-Unjoni Ewropea meta fil-verità tista’ tismagħha, taraha u tmissha. Imxi, ħu ritratti, ilgħab bil-mapep interattivi u skopri l-istorja l-aktar reċenti unika tiegħek u tagħna.