Skip to main content
© Sebastian Herrmann - Unsplash © Sebastian Herrmann - Unsplash

Il-kultura Ewropea faċilment aċċessibbli għalik.

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 01/10/2020

L-Ewropa: art ta’ interkulturalità, tradizzjonijiet kulinari diversifikati u, naturalment, wirt kulturali b’saħħtu. Iżda kif tista’ tesperjenzaha b’mod aċċessibbli u li jħalli l-frott? Dawn huma xi għażliet.

Il-kollezzjonijiet kulturali tal-Ewropa online

Bl-Europeana għandek aċċess mhux biss għall-pitturi u l-bċejjeċ tal-mużewijiet iżda wkoll għal miljuni ta’ kotba, films u rekords tal-arkivji li ġew diġitalizzati mal-Ewropa kollha. 

L-Europeana tnediet fl-2008 u taħdem bħala librerija diġitali multilingwi, mużew u arkivju. Din tagħtik aċċess veloċi u faċli għal aktar minn 23 miljun oġġett minn libreriji, mużewijiet, arkivji, galleriji tal-arti, u kollezzjonijiet awdjoviżivi li joriġinaw minn 33 pajjiż.

Post kbir għall-films huwa l-portal tal-European Film Gateway Huwa jipprovdi punt ta’ aċċess uniku għal films, stampi u testi minn kollezzjonijiet magħżula ta’ 38 arkivju tal-films fl-Ewropa kollha.

Cineuropa huwa interessanti wkoll għal dawk li jħobbu l-films. L-ewwel portal Ewropew iddedikat għaċ-ċinema u l-kultura madwar id-dinja huwa disponibbli f’erba’ lingwi u se jżommok infurmat u aġġornat dwar dak kollu li għaddej fiċ-ċinema Ewropea. 


Żjara f’mużew xieraq

Jekk verament tippreferi mużewijiet reali tista’ tieħu vantaġġ mil-Lejl Ewropew tal-Mużewijiet, lejla speċjali meta ż-żjarat ikunu bla ħlas. Kull sena f’Mejju, aktar minn 4,000 mużew f'40 pajjiż jiftħu l-bibien il-lejl kollu bla ħlas jew b’biljetti speċjali.

Ma tistax tissaporti tistenna l-Lejl Ewropew tal-Mużewijiet u tixtieq tmur f’mużew illum stess? Għandu mnejn int eliġibbli għal wieħed mill-bosta tnaqqis tal-prezzijiet disponibbli għaż-żgħażagħ fl-Ewropa kollha.

Jekk int student, tista’ ta’ spiss tixtri l-biljetti bi prezz orħos billi turi l-kard tal-istudenti jew kard b'għarfien internazzjonali bħall-Kard tal-Identità Internazzjonali tal-Istudenti (ISIC). Anki jekk ma għadekx student, tista’ xorta waħda tuża l-Kard Ewropea taż-Żgħażagħ (EYCA) għal uħud mill-iskonti.

Oqgħod attent ħafna għas-siti web tal-mużewijiet, f’ħafna każijiet, darba fix-xahar, id-dħul hu bla ħlas.


Ħin għall-festivals

Approċċ anqas konvenzjonali hu li tiltaqa’ mal-kultura Ewropea permezz ta’ diversi festivals: mill-mużika sat-teatru, mil-letteratura saż-żfin. Ippjana l-vaganzi tiegħek li jmiss skont l-avvenimenti varji u uża FestivalFinder biex jgħinek. Bis-saħħa ta’ din l-għodda, sostnuta mill-Unjoni Ewropea, tkun tista’ tagħżel il-post, il-perjodu ta’ żmien u t-tip ta’ festival li jogħġbok.

Meta tkun interessat speċifikament fil-ħoss tal-mużiċisti Ewropej, fittex kunċerti fuq Liveurope, organizzazzjoni ta’ sħubija li tlaqqa’ flimkien postijiet internazzjonali tal-kunċerti fl-Ewropa kollha. 

Tħobb l-ibliet li kulturalment attivi ħafna? Iċċekkja l-programmi u żur il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tas-sena, mod uniku biex tesplora minn angolu kulturali l-ibliet li jista’ jkun li rajt qabel.
 

Il-punt kruċjali hu li m’hemm kważi ebda ostaklu li jżommok milli jkollok aċċess għall-kultura kull fejn tinsab u kull meta tixtieqha u b’mod xieraq għal butek.