Skip to main content
© Patrick Robert Doyle - Unsplash © Patrick Robert Doyle - Unsplash

Lawrja ta’ Master Konġunt tal-Erasmus Mundus: Esperjenza Internazzjonali XXL!

L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 01/10/2020

Tikseb lawrija ta’ Master ma’ nies mid-dinja kollha, tgħix f’iktar minn żewġ pajjiżi differenti, u tirċievi kwalifiki internazzjonali ta’ livell għoli – titħajjar? Mela agħti titwila lejn il-Lawriji ta’ Master Konġunt!

X’inhuma?

Il-Lawrji ta’ Master Konġunt (JMD) huma programmi ta’ lawrji ta’ master, imwassla b’mod konġunt minn konsorzju internazzjonali ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fl-Ewropa u barra minnha. L-istudji, iddisinnjati biex idumu minn 12 sa 24 xahar (60, 90 jew 120 kreditu tal-ECTS), għandhom isiru f’minn tal-inqas żewġ Pajjiżi tal-Programm, u, f’ħafna każijiet, il-Pajjiżi Sħab barra mill-Ewropa involuti.

Liema oqsma ta’ studju huma disponibbli?

Il-Katalgu tal-EMJMD online jelenka l-Lawrji ta’ Master Konġunt tal-Erasmus Mundus fis-sena akkademika attwali.

Il-firxa wiesgħa ta’ programmi tinkludi studji ta’ Xogħol Soċjali, Komunikazzjoni Diġitali, Robotika, Ġurnaliżmu, Ekoloġija Applikata, Psikoloġija u ħafna oqsma oħra. Kull sajf jiżdied lott ġdid ta’ EMJMDs magħżula mal-lista.

Min jista’ japplika?

L-istudenti fil-livell ta’ Master, staff ta’ organizzazzjonijiet parteċipanti, mistiedna akkademiċi (lekċerers mistiedna) minn pajjiżi tal-Programm u minn Pajjiżi Sħab.

Kemm iqum flus dan kollu?

L-aħjar studenti kandidati jingħataw il-boroż ta’ studju ffinanzjati mill-UE, li jkopru l-miżati għat-tagħlim, l-assigurazzjoni, il-kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-installazzjoni, u jinkludu benefiċċju ta’ kull xahar għall-għajxien. L-appoġġ finanzjarju tal-Erasmus+ huwa disponibbli wara li l-istudent ikun ġie ammess fil-kors.

Minbarra dawk li għandhom borża ta’ studju, l-istudenti li jiffinanzjaw l-istudji tagħhom stess jistgħu jirreġistraw ukoll. Il-prezz tal-EMJMD ivarja skont il-programm.

Kif tapplika?

F’każ li int interessat, għandek tikkuntattja lill-konsorzju li joffri l-Kors tal-Master tal- Erasmus Mundus tal-għażla tiegħek. Mhux biss se jipprovduk b’aktar informazzjoni dwar il-korsijiet u l-proċeduri ta’ applikazzjoni, iżda se jżommu wkoll ir-responsabbiltà għall-għażla, ir-reklutaġġ u l-monitoraġġ ta’ studenti individwali. Tista’ tirċievi aktar informazzjoni billi tistaqsi lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Erasmus+ jew l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Erasmus+ f’pajjiżek.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu bejn Ottubru u Jannar, għal korsijiet li jibdew is-sena akkademika ta’ wara.

Sir af aktar fil-paġna tal-Erasmus+ dwar il-Lawrji ta’ Master Konġunt.