Skip to main content
© Suhyeon Choi - Unsplash © Suhyeon Choi - Unsplash

Qed tippjana PAWŻA ta’ sena?

L-aħħar aġġornament sar fi It-Tnejn, 13/11/2023

Jekk tixtieq iddur id-dinja iżda m’għandekx flus biex tagħmel dan mela pprova aħdem fuq farm organiku fil-Bolivja, agħmilha ta’ au pair fi Franza, agħmel xogħol għas-sajf fl-Awstralja, jew xogħol volontarju f’pajjiż barrani.

Jekk tixtieq tiskopri kulturi ġodda, titgħallem lingwi ġodda u tiltaqa' ma’ nies differenti madwar id-dinja iżda l-kont tal-bank tiegħek hu vojt, dawn huma xi ftit suġġerimenti u ideat dwar modi alternattivi biex tivvjaġġa f’pajjiżi barranin.

Ivvjaġġa billi taħdem

  • Id-WWOOF tlaqqa’ lill-voluntieri mal-bdiewa u dawk li jrabbu b’mod organiku madwar id-dinja, li joffrulek ikel u akkomodazzjoni bi tpattija għall-għajnuna tiegħek fil-produzzjoni tal-inbid jew fit-trobbija tal-majjali. Hemm miżata ta’ sħubija ta’ £15 biex taċċessa l-lista tal-ospitanti.
  • World packers. Skambja l-abbiltajiet tiegħek fl-editjar tal-videos ma’ ikel u akkomodazzjoni fil-Brażil. Dan hu eżempju wieħed tal-iskema “ħiliet għall-akkomodazzjoni” li jikkaretterizza l-World packers. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom li jħallsu miżata meta l-post tagħhom jiġi kkonfermat.
  • Au pair. Għin familja tieħu ħsieb it-tfal bi skambju ma’ akkomodazzjoni u ftit flus biex tgħix. M’hemm bżonn li tħallas ebda miżata.
  • Summer Jobs hu sit web li fih tista’ tfittex għal xogħlijiet staġjonali f’kampijiet, parks tad-divertiment, postijiet tal-vaganzi, parks nazzjonali, lukandi, organizzazzjonijiet ambjentali u aktar.
  • World Nomads Scholarships jagħtik l-opportunità li tivvjaġġa int u titgħallem dwar il-fotografija, il-kitba u l-iffilmjar. Ir-rebbieħa jiksbu l-opportunità li jitgħallmu minn kittieba tal-istejjer professjonali. Il-borża ta’ studju tkopri l-ikel u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal vjaġġ ta’ ġimagħtejn. 
  • House-Sitting. Meta familja ssiefer ikollha bżonn lil xi ħadd biex jieħu ħsieb tal-proprjetà tagħha, jagħmel ix-xogħol fil-ġnien u jieħu ħsieb tal-kelb tagħhom. Int tista’ tkun dik il-persuna! Il-house-sitting jinvolvi li toqgħod fid-dar ta’ xi ħadd bla ħlas bil-kundizzjoni li tieħu ħsieb id-dar tagħhom u żżommha f’kundizzjoni tajba. Sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ! Dawn huma wħud mill-pjattaformi: Nomador, Mindmyhouse, Trustedhousesitters.

Volontarjat

  • Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jipprovdilek l-opportunità li twettaq volontarjat madwar id-dinja fi proġetti ta’ għajnuna umanitarja f’komunitajiet affettwati minn diżastru.
  • Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà hu l-inizjattiva l-ġdida tal-Unjoni Ewropea li toħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex iwettqu volontarjat jew jaħdmu fuq proġetti f’pajjiżhom jew f’pajjiż barrani għall-benefiċċju ta’ komunitajiet jew persuni fl-Ewropa.

 Opportunitajiet ta’ volontarjat oħrajn:

Ftakar: 
Din mhijiex lista sħiħa, u dejjem jitfaċċaw opportunitajiet ġodda. Jekk tixtieq aktar informazzjoni, tiddejjaqx tikkuntattjana!