Skip to main content

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tisma’ mill-vjaġġaturi żgħażagħ u tinkoraġġihom jaqsmu l-esperjenzi u l-avventuri tagħhom. Għalhekk il-parteċipanti kollha jistgħu jsiru Ambaxxaturi ta’ DiscoverEU. Huma mistednin jaqsmu l-esperjenzi tal-ivvjaġġar tagħhom permezz tal-media soċjali jew billi jagħtu preżentazzjoni fl-iskola jew fil-komunità lokali tagħhom. Il-parteċipanti huma mistiedna jingħaqdu mal-Grupp uffiċjali ta’ Facebook #DiscoverEU.

Meta l-parteċipanti jkunu qed jaġixxu ta’ Ambaxxaturi tad-DiscoverEU, għandhom iżommu f’rashom li l-opinjonijiet li jesprimu jibqgħu tagħhom u m’għandhom bl-ebda mod jagħtu l-impressjoni li dawn il-fehmiet u l-opinjonijiet huma appoġġati jew approvati mill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, għandhom joqogħdu lura milli jaġixxu b’mod li jkun inkompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea jew tal-programm DiscoverEU jew bi kwalunkwe mod li jkun illegali.

A. SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET (REGOLI)
Weight
10